Riżorsi tal-fehim mis-smigħ għall-primarja. Sett ta’ riżorsi għas-sitt sena li fihom kemm it-testi li jridu jinqraw mill-għalliema kif ukoll il-mistoqsijiet għall-istudenti. Nirringrazzjaw lil Josette Baldacchino li ħejjiet dawn ir-riżorsi.

Category Archives: Avviżi
Kartelluni b’Tagħrif Ortografiku għar-4, il-5 u s-6 Sena tal-Primarja.
![]() |
![]() |
![]() |
Sett ta’ kartelluni maħluqa biex jgħinu lill-istudenti jtejbu l-ortografija tagħhom. Huwa ssuġġerit li l-kartelluni jiddendlu fil-klassi sabiex l-istudenti jarawhom spiss u b’hekk isiru familjari magħhom u jibdew jiktbu Malti tajjeb billi jevitaw ċertu żbalji tal-kitba fix-xogħlijiet tagħhom. Il-kartelluni jittrattaw dawn it‑temi:
għ mhux h
l-aċċent
għ mhux ow
h mhux ħ
i jew e mhux ie
lil imqassra
’il u ’l ma’ direzzjoni
l-appostrofu
l-għ fil-kmand
ma fin-negattiv
kliem magħqud
il-konsonanti dgħajfin
l-omofoni
il-mudelli tal-verbi (għall-5 u s-6 sena)
Hemm dokument bit-titli għal kull tema: It-Titli Għal Kull Kartellun.
Dawn it-titli jistgħu jinqatgħu u jitwaħħlu fuq il-kartelluni rispettivi.
Nirringrazzjaw lil Josette Baldacchino li ħejjiet dawn ir-riżorsi.
Laqgħa għall-Għalliema li jgħallmu l-Malti lill-Barranin
Il-laqgħa ta’ darba fix-xahar li jmiss għall-għalliema tal-Malti se ssir nhar il-Ġimgħa ta’ din il-ġimgħa, 11 ta’ Diċembru 2015 min-12:30 sas-14:30 fiċ-Ċentru Nazzjonali tal-Kurrikulu, il-Ħamrun. Din id-darba t-taħdita se jagħtiha Dr. Charles Daniel Saliba u se tkun fuq it-tagħlim tal-Malti lill-barranin.
Riżorsi tal-Fehim mill-Qari għall-Primarja.
Sett ta’ riżorsi għar-raba’ u l-ħames sena li fihom kemm it-testi li jridu jinqraw mill-għalliema kif ukoll il-mistoqsijiet għall-istudenti. Nirringrazzjaw lil Josette Baldacchino li ħejjiet dawn ir-riżorsi.
Taħriġ dwar l-Ewwel Ittra tal-Kelma.
Taħriġ interattiv fuq l-ittri tal-alfabett fil-bidu tal-kelma. (Josette Baldacchino)
Ikklikkja hawn biex iżżur il-paġna tal-Kinder



