Riżorsi għar-Raba’ Sena tal-Primarja li jinkludu Preżentazzjonijiet u Taħriġ. Nirringrazzjaw lil Josette Baldacchino li ħejjiet dawn ir-riżorsi.
Category Archives: Avviżi
Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2019

Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb
Ħareġ il-programm uffiċjali tal-avvenimenti fil-Festival Nazzjonali tak-Ktieb (verżjoni għall-mowbajl) u jinkludi tnedijiet u preżentazzjonijiet ta’ kotba, qari ta’ poeżija, laqgħat mal-awturi, konferenzi u seminars.
Il-Festival jibda l-Erbgħa filgħaxija b’konferenza letterarja dwar il-ġeneru tal-fantaxjenza. Se jkunu qed jipparteċipaw Loranne Vella, ir-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2018 bir-rumanz Rokit (Merlin Publishers), il-kittieb imwieled Malta Jon Courtenay Grimwood, Kali Wallace u Dave Rudden.
Żjarat Tal-Iskejjel
L-għodwiet ta’ fost il-ġimgħa jkunu ddedikati għaż-żjarat tal-iskejjel. Studenti u għalliema jistgħu jistennew programm addattat għat-tfal, li jinkludi teatru, qari animat u laqgħat mal-kittieba. Antonella Axisa flimkien ma’ grupp ta’ atturi se jaddattaw għal fuq l-istejġ il-kotba rebbieħa tal-Premju Terramaxka tas-sena l-oħra.
Nixtiequ li ż-żjara tagħkom tkun waħda pjaċevoli – dis-sena ħsibna biex dawn il-wirjiet jittellgħu f’Republic Hall (MCC) sabiex niffaċilitaw l-immaniġġjar tal-istudenti.
Applika biex tiġi bil-klassi tiegħek!
L-għalliema huma mistiedna jsegwu dil-ħolqa għal aktar informazzjoni.
Żurna
Ħinijiet tal-ftuħ:
L-Erbgħa 6 ta’ Novembru: 09:00 – 13:00, 17:30 – 21:30
Il-Ħamis 7 ta’ Novembru: 09:00 – 13:00, 17:30 – 21:30
Il-Ġimgħa 8 ta’ Novembru: 09:00 – 13:00, 17:30 – 22:00
Is-Sibt 9 ta’ Novembru: 09:30 – 22:30
Il-Ħadd 10 ta’ Novembru: 08:30 – 20:00
Dħul b’xejn.
Sessjoni CoPE għall-għalliema tal-Primarja tat-tielet sena
It-Taqsima tal-Malti tad-Direttorat għall-Programmi ta’ Tagħlim u Assessjar b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti, jistiednu lill-għalliema kollha li jgħallmu fl-iskejjel primarji tat-tielet sena tal-Istat għal sessjoni CoPE bl-isem Deċiżjonijiet 2: Il-Kitba ta’ Kliem Ingliż fil-Malti. Din is-sessjoni hi mmirata biex
jissaħħaħ il-Malti fit-tagħlim u l-għarfien fl-ortografija Maltija.
L-għalliema jistgħu jagħżlu li jattendu WAĦDA minn dawn is-sessjonijiet:
- 6 ta’ Novembru 2019, Skola Primarja, Naxxar, 08.30 – 10.30
- 7 ta’ Novembru 2019, National Curriculum Centre (NCC), Ħamrun, 12.30 – 14.30
- 8 ta’ Novembru 2019, Skola Primarja, Żurrieq, 12.15 – 14.15
Se jkun hemm ħin biex l-għalliema jressqu wkoll id-diffikultajiet ortografiċi li jiltaqgħu magħhom huma u l-istudenti tagħhom u jistaqsu l-mistoqsijiet li jkollhom.
L-għalliema tat-tielet sena primarja għandhom jimlew id-dettalji tagħhom fuq din il-ħolqa
sa nhar il-Ħamis, 31 ta’ Ottubru 2019.
Sessjoni oħra fuq id-Deċiżjonijiet 2 għall-għalliema Għawdxin se titħabbar iktar ’il quddiem.
Tifkira ta’ Jum Dun Karm
It-Tnejn, 21 ta’ Ottubru 2019, id-Dipartimenti tal-Malti u tad-Drama fi ħdan id-Direttorat għall-Programmi ta’ Tagħlim u Assessjar se jorganizzaw attività biex ifakkru l-poeta nazzjonali. Din l-attività, se ssir ġewwa l-Imdina u se jkollha rabta diretta mas-sillabu tad-9 sena fis-Sekondarja.
Il-Bijografija ta’ Dun Karm biex tinqara l-Ġimgħa, 18 ta’ Ottubru 2019. F’Jum Dun Karm, l-Erbgħa, 18 ta’ Ottubru, l-iskola tiegħek jixraq li tfakkar lill-Poeta Nazzjonali waqt il-laqgħa ta’ filgħodu billi tinqara l-bijografija tiegħu (ara Hemża A maċ-ċirkulari) u xi poeżiji (jistgħu jintgħażlu minn Hemża B).
L-Innu ta’ Filgħodu u riżorsi oħra fis-sit tal-Malti Fis-sit tal-Malti hemm taqsima sħiħa fuq Dun Karm. Fiha hemm preżentazzjoni bil-powerpoint b’ritratti minn ħajtu. Dan jista’ jintuża fil-klassijiet. Fis-sit hemm ukoll l-Innu ta’ Filgħodu (Reġa’ sebaħ ja Mulejja …) ta’ Dun Karm, b’mużika tas-Surmast Ġużeppi Caruana, għal min irid jużah fl-iskejjel u fil-klassijiet biex ifakkar dan il-jum.

Il-Kitba ta’ Rakkonti Fittizji (K3) għar-Raba’ Sena tal-Primarja
Riżorsi għar-Raba’ Sena tal-Primarja li jinkludu preżentazzjonijiet u karti tat-taħriġ. Nirringrazzjaw lil Josette Baldacchino li ħejjiet dawn ir-riżorsi.

