Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2019

Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb 

Ħareġ il-programm uffiċjali tal-avvenimenti fil-Festival Nazzjonali tak-Ktieb (verżjoni għall-mowbajl) u jinkludi tnedijiet u preżentazzjonijiet ta’ kotba, qari ta’ poeżija, laqgħat mal-awturi, konferenzi u seminars.

Il-Festival jibda l-Erbgħa filgħaxija b’konferenza letterarja dwar il-ġeneru tal-fantaxjenza. Se jkunu qed jipparteċipaw Loranne Vella, ir-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2018 bir-rumanz Rokit (Merlin Publishers), il-kittieb imwieled Malta Jon Courtenay Grimwood, Kali Wallace u Dave Rudden.

Żjarat Tal-Iskejjel

L-għodwiet ta’ fost il-ġimgħa jkunu ddedikati għaż-żjarat tal-iskejjel. Studenti u għalliema jistgħu jistennew programm addattat għat-tfal, li jinkludi teatru, qari animat u laqgħat mal-kittieba. Antonella Axisa flimkien ma’ grupp ta’ atturi se jaddattaw għal fuq l-istejġ il-kotba rebbieħa tal-Premju Terramaxka tas-sena l-oħra.

Nixtiequ li ż-żjara tagħkom tkun waħda pjaċevoli – dis-sena ħsibna biex dawn il-wirjiet jittellgħu f’Republic Hall (MCC) sabiex niffaċilitaw l-immaniġġjar tal-istudenti.

Applika biex tiġi bil-klassi tiegħek!
L-għalliema huma mistiedna jsegwu dil-ħolqa għal aktar informazzjoni.

Żurna

Ħinijiet tal-ftuħ:
L-Erbgħa 6 ta’ Novembru: 09:00 – 13:00, 17:30 – 21:30
Il-Ħamis 7 ta’ Novembru:  09:00 – 13:00, 17:30 – 21:30
Il-Ġimgħa 8 ta’ Novembru:  09:00 – 13:00, 17:30 – 22:00
Is-Sibt 9 ta’ Novembru:  09:30 – 22:30
Il-Ħadd 10 ta’ Novembru:  08:30 – 20:00

Dħul b’xejn.