Riżorsi li għat-tagħlim tal-Kitba t’Artiklu. Insibu preżentazzjoni u karti tat-taħriġ dwar dan. Nirringrazzjaw lil Josette Baldacchino li ħejjiet dawn ir-riżorsi.
Category Archives: Avviżi
Żewġ filmati u taħriġ fuq il-ħila tas-Smigħ
Il-Malti bħala Għodda ta’ Komunikazzjoni u Integrazzjoni huwa intenzjonat għall-istudenti li qed jitgħallmu l-Malti bħala Lingwa Barranija u għall-istudenti tad-Disa’ Sena.

Il-Kaċċa fir-Rebbiegħa huwa taħriġ tas-Smigħ u tat-Taħdit maħsub għall-istudenti tat-Tmien Sena, Rotot 2 u 3.

Riżorsi tat-Taħdit (K9, K10) għar-Raba’ Sena tal-Primarja
Riżorsi għar-Raba’ Sena tal-Primarja li jinkludu Preżentazzjonijiet, Taħriġ u Tagħrifa għall-Għalliema. Dawn huma r-riżorsi tal-ħila tat-taħdit – Id-Diskussjoni (K9) u Id-Diversità Lingwistika (K10). Nirringrazzjaw lil Josette Baldacchino li ħejjiet dawn ir-riżorsi.
![]() |
![]() |
ŻiguŻajg 2019
Id-9 edizzjoni tal-Festival ŻiguŻajg tirritorna b’taħlita fantastika ta’ proġetti Maltin u internazzjonali li jqanqlu ferħ lil eluf ta’ tfal u l-familji tagħhom madwar Malta u
Għawdex. Se jkunu ppreżentati xogħol li mhux se joqgħod lura milli jittratta suġġetti attwali billi jistaqsi lill-udjenzi tagħna biex jaħsbu u jiddiskutu filwaqt li jkunu qed jiddevertu. Fost it-temi ewlenin li se nindirizzaw insibu l-ambjent, il-multikulturaliżmu u l-integrazzjoni, l-ibbuljar, l-identità sesswali u r-rwol taż-żgħażagħ fis-soċjetà.
Għal aktar tagħrif żur is-sit uffiċjali ta’ ŻiguŻajg
Tista’ tniżżel il-programm
Il-Kitba ta’ Testi Fattwali (K4) għar-Raba’ Sena tal-Primarja
Riżorsi għar-Raba’ Sena tal-Primarja li jinkludu Preżentazzjonijiet u Taħriġ. Nirringrazzjaw lil Josette Baldacchino li ħejjiet dawn ir-riżorsi.





