Id-9 edizzjoni tal-Festival ŻiguŻajg tirritorna b’taħlita fantastika ta’ proġetti Maltin u internazzjonali li jqanqlu ferħ lil eluf ta’ tfal u l-familji tagħhom madwar Malta u
Għawdex. Se jkunu ppreżentati xogħol li mhux se joqgħod lura milli jittratta suġġetti attwali billi jistaqsi lill-udjenzi tagħna biex jaħsbu u jiddiskutu filwaqt li jkunu qed jiddevertu. Fost it-temi ewlenin li se nindirizzaw insibu l-ambjent, il-multikulturaliżmu u l-integrazzjoni, l-ibbuljar, l-identità sesswali u r-rwol taż-żgħażagħ fis-soċjetà.
Għal aktar tagħrif żur is-sit uffiċjali ta’ ŻiguŻajg
Tista’ tniżżel il-programm