Preżentazzjonijiet, riżorsi interattivi u karti tat-taħriġ dwar il-Kitba ta’ Djalogu u l-Kitba ta’ Listi għar-Raba’ Sena tal-Primarja. Nirringrazzjaw lil Josette Baldacchino li ħejjiet dawn ir-riżorsi.
![]() |
![]() |
Preżentazzjonijiet, riżorsi interattivi u karti tat-taħriġ dwar il-Kitba ta’ Djalogu u l-Kitba ta’ Listi għar-Raba’ Sena tal-Primarja. Nirringrazzjaw lil Josette Baldacchino li ħejjiet dawn ir-riżorsi.
![]() |
![]() |
Riżorsi li l-għalliema jistgħu jużaw jekk jixtiequ, għaż-żamma u l-komputazzjoni tal-marki tal-Assessjar Kontinwu fir-4 Sena tal-Primarja (2019-2020) tal-Malti u tal-MLB. L-iskop ta’ dawn id-dokumenti huwa biex jiffaċilita u jgħin lill-għalliema jżommu l-marki tal-Assessjar Kontinwu.
Gwida għall-użu tad-Dokument mill-Għalliema
Għall-5 u s-6 Sena tal-Primarja għandhom jintużw id-dokumenti li kienu qed jintużaw matul is-sena skolastika li għaddiet (2018-2019). Ikklikkja hawn biex taċċessah.
F’każ ta’ diffikultà dwar il-mili tal-marki f’dawn id-dokumenti tistgħu tikkuntattjaw lill-Uffiċjali Edukattivi tal-Malti fuq 2598 2927.
Fis-sit malti.skola.edu.mt, l-għalliema jistgħu jsibu d-dokumenti relatati mal-Kriterji tal-Assessjar li mis-sena skolastika 2019-2020 se jkun implimentat fit-8 sena tal-Medja.
Fil-paġni Sillabi l-Ġodda hemm ukoll is-sillabi l-ġodda mibnija fuq il-Kisbiet mit-Tagħlim tal-Ħiliet tal-Malti għat-8 sena (Medja) flimkien ma’ dokumenti oħra relatati.
Min ikollu xi diffikultà jew jixtieq aktar informazzjoni dwar dawn id-dokumenti u l-implimentazzjoni tagħhom jista’ jkellem lill-Uffiċjali Edukattivi tal-Malti permezz tat-telefown jew b’ittra elettronika.
Il-Kriterji tal-Assessjar – It-8 Sena (Medja) – Kompetenzi Ewlenin
Il-linji gwida li fuqhom għandhom jimxu l-għalliema biex ifasslu u jħarrġu lill-istudenti tagħhom għall-Assessjar Kontinwu. Dan it-tqassim se jintuża wkoll għall-Eżamijiet Annwali.
Din il‑lista tindika t‑termini letterarji li l‑istudenti huma mistennija jkunu jafu meta jersqu għall‑Assessjar Kontinwu u għall-eżami. It‑termini qed jitqassmu fuq is‑snin kollha tas‑sekondarja għal skop ta’ assessjar u biex l‑istudenti jkunu jafu liema termini jistgħu jiġu mistoqsija fuqhom .
Assessjar Kontinwu tal-Malti bħala Lingwa Barranija – Rotta 1
Assessjar Kontinwu tal-Malti bħala Lingwa Barranija – Rotta 2
Assessjar Kontinwu tal-Malti bħala Lingwa Barranija – Rotta 3
Il-linji gwida li fuqhom għandhom jimxu l-għalliema biex ifasslu u jħarrġu lill-istudenti tagħhom għall-Assessjar Kontinwu. Dan it-tqassim se jintuża wkoll għall-Eżamijiet Annwali.

Is-sit Rokna tat-Tagħlim huwa sors ta’ materjal għat-tagħlim tal-etajiet kollha b’riżorsi edukattivi għall-għalliema u l-istudenti li jixtiequ jitgħallmu dwar l-UE u kif din taħdem. Barra li ssib ispirazzjoni għall-pjanijiet tal-lezzjonijiet, tista’ wkoll tiskopri opportunitajiet ta’ networking ma’ skejjel u ma’ għalliema oħra fl-UE kollha.
Riżorsi għar-Raba’ Sena tal-Primarja li jolqtu l-Kitba ta’ Djarju (K6).
Nirringrazzjaw lil Josette Baldacchino li ħejjiet dawn ir-riżorsi.