Merħba fis-Sit malti.skola.edu.mt

Featured

Il-ħsieb ewlieni ta’ dan is-sit huwa li jaqdi lill-għalliema tal-kinder, tal-primarja  u tas-sekondarja fit-tagħlim tal-ilsien sabiħ tagħna u jgħin lill-ġenituri u lill-istudenti jitgħallmu u jieħdu gost bil-lingwa tagħna. Għaldaqstant, jekk għandek xi mistoqsija fuq il-Malti, tista’ tibgħathielna. Jekk, mill-banda l-oħra, għandek xi riżorsi għat-tagħlim tal-Malti u tixtieq taqsamhom magħna, ibgħathomlna, u dawn jitilgħu fis-sit f’ismek.

Dejjem tagħkom,

Carlston Grima, Doreen Coleiro, George Mifsud u Stefan Borg

Uffiċjali Edukattivi tal-Malti

Il-Kitba ta’ Kepxin fil-Komiks – Riżorsi tal-Ħames Sena (Primarja)

Riżorsi għall-Ħames Sena tal-Primarja b’rabta mal-kisba K4 tal-Qari fejn l-istudenti jitgħallmu dwar il-karatteristiċi ewlenin tal-komiks u kif għandhom jiktbu kepxins f’din it-tip ta’ kitba. Dawn ir-riżorsi jinkludu dokument ta’ informazzjoni għall-għalliema, preżentazzjonijiet u karti tat-taħriġ. Nirringrazzjaw lil Josette Baldacchino li ħejjiet dawn ir-riżorsi.

 

Kampjun ta’ skema ta’ xogħol tas-Sitt Sena skont is-sillabu l-ġdid.

Pakkett ta’ riżorsi għall-għalliema tas-sitt sena li jinkludu kampjun ta’ skema ta’ xogħol bit-tema tax-xogħlijiet u s-snajja’ u r-riżorsi marbutin magħhom. Dawn jinsabu fil-paġna tas-sillabu tas-sitt sena taħt Skema ta’ xogħol għas-Sitt Sena bit-Tema – Ix-xogħlijiet u s-snajja’. Nirringrazzjaw lil Josette Baldacchino li ħejjiet dawn ir-riżorsi.

Rebbieħa tal-Kompetizzjoni tal-Malti għar-4 Sena Primarja

It-Tnejn, 15 ta’ Mejju 2023 saret il-Finali tal-Kompetizzjoni tal-Malti għar-4 Sena tal-Primarja ġewwa l-Palazz tal-Inkwiżitur, il-Birgu, bejn l-Iskola Primarja ta’ Birkirkara, ta’ Pembroke, ta’ San Ġorġ u ta’ San Bastjan, Ħal Qormi, Ta’ Sannat u tax-Xagħra, Għawdex.  

Ir-rebbieħa:

  • Ta’ Kategorija A kienu l-Iskola tax-Xagħra, Għawdex.
  • Ta’ Kategorija B kienu l-Iskola Primarja Ta’ Sannat, Għawdex.
  • Ta’ Kategorija Ċ kienu l-Iskola ta’ San Bastjan, Ħal Qormi. 

Prosit lill-parteċipanti u awguri lir-rebbieħa ta’ din il-kompetizzjoni. 

Ħajr lill-Pubblikaturi

L-Uffiċjali Edukattivi tal-Malti jixtiequ jirringrazzjaw lil: 

Merlin Publishers
Horizons
Klabb Kotba Maltin
Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu
 
tal-għotja ta’ kotba bħala premjijiet lir-rebbieħa tal-Kompetizzjoni tal-Malti għar-raba’ sena tal-Primarja organizzata mid-Direttorat tal-Programmi ta’ Tagħlim u Assessjar.   

Lingwaġġ Matematiku, Xjentifiku u Teknoloġiku – Riżorsi tat-Taħdit, Kitba, Smigħ u Qari għas-sitt sena tal-Primarja

Preżentazzjonijiet u karti tat-taħriġ li jolqtu l-kisbiet:

Qari – K4 Nislet minn dak li naqra l-punti ewlenin billi nidentifika l-kliem, il-frażijiet u s-sentenzi l-aktar importanti.

Qari – K9 Naqra u nifhem testi matematiċi, xjentifiċi u teknoloġiċi li nuża fil-ħajja tiegħi ta’ kuljum bħal enċiklopediji, fuljetti, siti elettroniċi, u l-bqija.

Smigħ – K5 Nisma’ u nifhem il-lingwaġġ matematiku, xjentifiku u teknoloġiku li nuża fil-ħajja tiegħi ta’ kuljum meta nirreferi għan-numri, il-forom, il-kejl, il-piż, l-elementi, il-boxxla, iż-żmien u l-ħin.

Kitba – K6 Nikteb tajjeb testi rriċerkati bejn 100-150 kelma, fuq temi li jinkludu lingwaġġ matematiku/xjentifiku/teknoloġiku bħan-numri, il-forom, il-kejl, il-piż, l-elementi, il-boxxla, iż-żmien u l-ħin.

Taħdit – K10 Inħaddem lingwaġġ matematiku, xjentifiku u teknoloġiku fit-taħdit tiegħi ta’ kuljum meta nirreferi għan-numri, il-forom, il-kejl, il-piż, l-elementi, il-boxxla, iż-żmien u l-ħin.

Nirringrazzjaw lil Josette Baldacchino li ħejjiet dawn ir-riżorsi.