Sett ta’ riżorsi li jinkludu preżentazzjonijiet u riżorsi interattivi. Dawn ir-riżorsi jkopru l-kisba K10 tal-Qari tas-sillabu l-ġdid tas-Sitt Sena tal-Primarja. Nirringrazzjaw lil Josette Baldacchino li ħejjiet dawn ir-riżorsi.
Category Archives: Avviżi
Riżorsi tal-Lingwa għall-istudenti tal-10 Sena
Sitt riżorsi mmirati għall-istudenti tal-10 għal taħriġ fil-ħiliet tal-qari, l-kitba u s-smigħ. Kull silta fiha taħriġ tas-smigħ bl-awdjo u karti tat-taħriġ fuq il-qari tas-silta.
- Darba jew tnejn fil-ġimgħa (Trevor Żahra)
- Il-Barbazzal (Mark Calleja)
- Il-Funtana tat-Tritoni (Trevor Żahra)
- Il-Qawwa tal-Kliem (Joe Friggieri)
- It-Tlieta, 12 ta’ Lulju (Edgar Formosa)
- L-Appartament Numru Tmienja (Bertram Portelli)
Għala kienu ħassew il-bżonn li jinkludu l-GĦAJN u l-AKKA fl-alfabett

Min hu interessat li jattendi għandu jirreġistra fuq din il-ħolqa (https://forms.gle/Xi6b4KpCjgt7TGa3A) u jirċievi l-ħolqa ta’ Zoom viċin id-data tat-taħdita.
Il-Programmi tal-Metalingwa għall-Malti bħala Lingwa Barranija għall-Istudenti fl-Iskola Medja skont ir-Rotot
Il-Programmi tal-Metalingwa għall-Istudenti tas-Seba’ u tat-Tmien Sena li qed isegwu s-sillabu tal-Malti bħala Lingwa Barranija.
| Is-Seba’ Sena | ||
![]() |
![]() |
![]() |
| It-Tmien Sena | ||
![]() |
![]() |
![]() |
Riżorsi tal-ortografija għat-tieni sena tal-primarja – Kliem li fih l-ittri għ, h u ie
Sett ta’ preżentazzjonijiet u leħħiet b’introduzzjoni għal kliem li fih l-ittri għ, h u ie għat-tieni sena tal-primarja. Nirringrazzjaw lil Josette Baldacchino li ħejjiet dawn ir-riżorsi.







