Jum Dun Karm – 21 ta’ Ottubru 2022

Fl-okkażjoni tal-151 sena mit-twelid tal-poeta nazzjonali Dun Karm Psaila, id-Dipartiment tal-Malti fi ħdan id-Direttorat għall-Programmi ta’ Tagħlim u Assessjar bil-koperazzjoni tal-Mużew tal-Katidral tal-Imdina, il-Mużew tal-Arkivji tal-Katidral tal-Imdina u l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu organizza attività fl-Imdina għall-istudenti tad-Disa’ Sena dwar ħajjet il-poeta u xogħlijietu. Ħajr lis-Sur Daniel Bezzina tar-ritratti. 


Riżorsi fuq il-poeżija L-Arloġġ ta’ Dun Karm

L-Arloġġ

K14: Nanalizza l-elementi stilistiċi li jsawru testi letterarji.
KA14.3 a: Nanalizza l-effetti u l-funzjoni/jiet tal-elementi tal-ħoss f’test letterarju.

Filmat bil-poeżija L-Arloġġ u analiżi tal-poeżija ta’ Martina Bezzina


 

Nota dwar il-poeżija mħejjija minn Martina Bezzina

Logħba bħala reviżjoni tal-poeżija L-Arloġġ imħejjija minn Martina Bezzina

 

Aktar riżorsi għas-sillabu tal-Malti ĊES (2025) issibhom hawn.