Il-Finali tal-Kompetizzjoni tal-Malti għar-Raba’ Sena

Din is-sena, il-Finali tal-Kompetizzjoni tal-Malti għar-raba’ sena tal-primarja saret it-Tnejn, 13 ta’ Mejju 2024, il-Palazz tal-Inkwiżitur, il-Birgu.

Ir-rebbieħa kienu:

Kategorija A: Skola Primarja taż-Żejtun
Kategorija B: Skola Primarja taż-Żejtun
Kategorija Ċ: Skola Primarja ta’ Ħal Tarxien

Il-Premjijiet lill-parteċipanti u r-rebbieħa ngħataw bi sħab bejn il-Ministeru tal-Edukazzjoni, BDL Books u Merlin Publishers

Din il-kompetizzjoni kienet organizzata bejn id-Dipartiment tal-Malti fil-Ministeru tal-Edukazzjoni u l-Għaqda tal-Malti – Università.

 

Attività tas-Smigħ u Kitba għas-Sitt Sena tal-Primarja

Attività tas-smigħ u l-kitba  fuq ir-Rebbiegħa li tolqot il-kisbiet tas-Smigħ u l-Kitba:

K7: Nisma’ u nagħraf eżempji ta’ rima u onomatopea f’testi mismugħa,
K8: Nisma’ u nsegwi poeżiji, u nislet minnhom waħdi s-suġġett u nqabblu u ninterpretah skont u mal-esperjenzi tiegħi,
K10: Naf inkun parti minn udjenza li tisma’, tifhem u tipparteċipa
K7: Nikteb taqbiliet u poeżiji sempliċi ta’ strofa waħda jew aktar.

Nirringrazzjaw lil Stefan Borg u lil Josette Baldacchino li ħejjew din ir-riżorsa.

Il-Kitba ta’ Kepxin fil-Komiks – Riżorsi tal-Ħames Sena (Primarja)

Riżorsi għall-Ħames Sena tal-Primarja b’rabta mal-kisba K4 tal-Qari fejn l-istudenti jitgħallmu dwar il-karatteristiċi ewlenin tal-komiks u kif għandhom jiktbu kepxins f’din it-tip ta’ kitba. Dawn ir-riżorsi jinkludu dokument ta’ informazzjoni għall-għalliema, preżentazzjonijiet u karti tat-taħriġ. Nirringrazzjaw lil Josette Baldacchino li ħejjiet dawn ir-riżorsi.

 

Kampjun ta’ skema ta’ xogħol tas-Sitt Sena skont is-sillabu l-ġdid.

Pakkett ta’ riżorsi għall-għalliema tas-sitt sena li jinkludu kampjun ta’ skema ta’ xogħol bit-tema tax-xogħlijiet u s-snajja’ u r-riżorsi marbutin magħhom. Dawn jinsabu fil-paġna tas-sillabu tas-sitt sena taħt Skema ta’ xogħol għas-Sitt Sena bit-Tema – Ix-xogħlijiet u s-snajja’. Nirringrazzjaw lil Josette Baldacchino li ħejjiet dawn ir-riżorsi.

Rebbieħa tal-Kompetizzjoni tal-Malti għar-4 Sena Primarja

It-Tnejn, 15 ta’ Mejju 2023 saret il-Finali tal-Kompetizzjoni tal-Malti għar-4 Sena tal-Primarja ġewwa l-Palazz tal-Inkwiżitur, il-Birgu, bejn l-Iskola Primarja ta’ Birkirkara, ta’ Pembroke, ta’ San Ġorġ u ta’ San Bastjan, Ħal Qormi, Ta’ Sannat u tax-Xagħra, Għawdex.  

Ir-rebbieħa:

  • Ta’ Kategorija A kienu l-Iskola tax-Xagħra, Għawdex.
  • Ta’ Kategorija B kienu l-Iskola Primarja Ta’ Sannat, Għawdex.
  • Ta’ Kategorija Ċ kienu l-Iskola ta’ San Bastjan, Ħal Qormi. 

Prosit lill-parteċipanti u awguri lir-rebbieħa ta’ din il-kompetizzjoni.