Merħba fis-Sit malti.skola.edu.mt

Featured



Il-ħsieb ewlieni ta’ dan is-sit huwa li jaqdi lill-għalliema tal-kinder, tal-primarja  u tas-sekondarja fit-tagħlim tal-ilsien sabiħ tagħna u jgħin lill-ġenituri u lill-istudenti jitgħallmu u jieħdu gost bil-lingwa tagħna. Għaldaqstant, jekk għandek xi mistoqsija fuq il-Malti, tista’ tibgħathielna. Jekk, mill-banda l-oħra, għandek xi riżorsi għat-tagħlim tal-Malti u tixtieq taqsamhom magħna, ibgħathomlna, u dawn jitilgħu fis-sit f’ismek.

Dejjem tagħkom,

Carlston Grima, Doreen Coleiro, George Mifsud u Stefan Borg

Uffiċjali Edukattivi tal-Malti

Riżorsa fuq il-poeżija Ħbiebi ta’ Karmenu Vassallo

K13: Nikkummenta b’mod kritiku fuq testi letterarji.
KA13.3d: Nikkummenta b’mod kritiku bil-kitba b’rabta ma’ test letterarju billi nevalwa evidenza minnu.

Preżentazzjoni u taħriġ fuq il-poeżija Ħbiebi ta’ Karmenu Vassallo 
(Shannon Fenech)

Riżorsa tas-Sa Shannon Fenech fil-kors tal-MTL, Id-Dipartiment tal-Malti fil-Fakultà tal-Edukazzjoni (Università ta’ Malta) taħt il-gwida tal-Lettriċi is-Sa Audrey Galea. 

Riżorsi Ġodda għas-7 u t-8 Sena

Numru ta’ riżorsi ġodda li nħolqu minn studenti fil-kors tal-MTL, Id-Dipartiment tal-Malti fil-Fakultà tal-Edukazzjoni (Università ta’ Malta).

Bjuda ta’ Dun Karm

Preżentazzjoni b’analiżi tal-Metrika u l-Ħsieb minn Sumeia El Raes 

Taħriġ interattiv fuq it-Teknika tal-poeżija Bjuda minn Sumeia El Raes 

Taħriġ Interattiv fuq il-Figuri tat-Taħdit minn Sumeia El Raes 

 

 

Minn jew Min?

R2 – Il-kitba ta’ min/minn – Naf meta u kif għandi nikteb minn u min bħal Min ġie? Minn Malta.

Meta nuża Minn jew Min – Taħriġ Interattiv (Sumeia El Raes).

 

It-Tmien Sena – Grammatika

 

R1 Naf nagħmel il-plural tan-nomi kemm dawk li jinqdew fil-forom tal-plural sħiħ kif ukoll dawk li jagħmlu l-plural miksur, bħal siġġu – siġġijiet; dar – djar, wejter – wejters; flett -flettijiet, karta – karti. 

Taħriġ Interattiv fuq il-Plural Sħiħ u l-Plural Miksur minn Sumeia El Raes.

 

Is-Seba’ Sena – Il-Qari 

R3 K3: Nagħżel x’kitbiet naqra skont il-gosti tiegħi u l-informazzjoni li neħtieġ billi naqra t-titlu, is-sottotitli, il-werrej, il-kapitli, in-numri tal-paġni, it-taqsimiet, ix-xbihat jew l-istampi, il-kapxins, il-qoxra ta’ quddiem u ta’ wara, l-indiċi, il-kelmtejn tal-bidu, il-messaġġ fuq il-qoxra u l-biblijografija; kull meta mmur infittex xi kotba fil-librerija jew infittex informazzjoni f’enċiklopedija jew nfittex informazzjoni f’siti elettroniċi, u l-bqija.

Infittex informazzjoni importanti dwar ktieb li se naqra jew li qrajt (Tisliba). (Rachel Paris)

 

Karatteristiċi ta’ Ktieb – Karta tat-Taħriġ (Rachel Paris)

 

Iddisinja faċċata ta’ ktieb – Karta tat-Taħriġ (Rachel Paris)

 

Kampjun ta’ Skema tax-Xogħol u Riżorsi għar-Raba’ Sena tal-Primarja

Riżorsi marbuta mal-Kors t’Aġġornament għar-Raba’ Sena tal-Primarja għas-Sena Skolastika 2024-2025

Matul il-Kors t’Aġġornament għar-Raba’ Sena tal-Primarja, l-għalliema tar-Riżorsi tal-Malti tat taħdita dwar ir-riżorsi tal-Malti kif ukoll uriet kampjun ta’ skema ta’ xogħol bit-tema tal-ħrejjef u r-riżorsi marbuta miegħu. Nirringrazzjaw lil Josette Baldacchino li ħejjiet dawn ir-riżorsi.

Mixjet il-Malti: Minn Caxaro sa Aquilina

Attività fil-Biblijoteka Nazzjonali, il-Belt Valletta għall-istudenti tad-Disa’ Sena

Dokumenti marbuta ma’ din l-attività:

Mixjet il-Malti – minn Caxaro sa Aquilina

Prezentazzjoni FaccataPreżentazzjoni dwar uħud mix-xogħlijiet u l-personaġġi ewlenin li ħadmu għall-iżvilupp tal-Malti tul is-sekli.

Attività n. 1: Taħriġ dwar kitbiet ewlenin bil-Malti u kittieba li taw kontribut biex il-Malti jkun irrispettat daqs lingwi oħra.

Ktejjeb tat-Taħriġ Ktejjeb bir-Risposti

Attività n. 2: Taħriġ fuq xi avvenimenti u riklami kif dehru fil-gazzetti lokali.

Ktejjeb tat-Taħriġ Ktejjeb bir-Risposti

 

Misraħ San Ġorġ – Il-Belt Valletta

Taħriġ dwar il-bini, il-monumenti u l-lapidi li nsibu f’Misraħ San Ġorġ

Misraħ San Ġorġ Misrah San Gorg


 

Attività fil-Belt Valletta abbinata maż-żjara fil-Bibljoteka Nazzjonali (Vincent Galea)

 

Taħriġ interattiv (qabbel l-istampi mal-istrofi) dwar tmien personaġġi li ħadmu favur it-tisħiħ u l-iżvilupp tal-Malti. It-taqbila f’dan l-eżerċizzju hija tas-Sur Joseph Buttigieg.

Kwizz_Bijografiji

Biex taħdem dan it-taħriġ offlineniżżel dan il-fajl, iftaħ il-fowlder u kklikkja fuq il-fajl Kwizz_Bijografiji.htm.