Pakkett ta’ riżorsi li jgħin ’l-istudenti tat-tielet sena tal-primarja fil-kitba ta’ storja dwar stampa. L-istampi kollha jinsabu fi preżentazzjoni waħda. L-għalliema jistgħu jagħżlu waħda li jkunu ser jiddiskutu fil-klassi u juruha fuq il-bord interattiv. Fil-pakkett tar-riżorsi hemm ukoll dokument għal kull storja b’mistoqsijiet li jgħinu fid-diskussjoni. Hemm ukoll dokument għal kull storja b’għajnuniet siewja biex l-istudenti jkunu ggwidati kif jiktbu l-istorja. Il-mistoqsijiet huma llivellati biex jilħqu l-livelli differenti tal-istudenti. Nirringrazzjaw lil Josette Baldacchino li ħejjiet dan il-pakkett ta’ riżorsi.
Category Archives: Avviżi
Għanjiet ferrieħa għas-snin bikrin
Tnax-il għanja ferrieħa għall-Kinder. Ideali bħala eżerċizzju fil-ħila tas-smigħ u kif ukoll biex l-istudenti jkabbru l-vokabolarju.
Miktuba minn Rita Gatt, Joan Bugeja, Josephine Sammut, M. V. Vassallo, Maria Attard u Omar Seguna, kompożitur tal-mużika: Joe Brown, kantati minn Ritianne Azzopardi u Emma Turner Brown. Produzzjoni tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu.
Il-kanzutetti huma:
Ikklikkja hawn biex tniżżel il-lirika tal-kanzunetti (PDF / DOC)
| Leli l-Lapes | ĠoĠo l-Ġurdien | Il-Pustier |
| Kemm Nixtieq | In-Nannakola | Xemx u Xita |
| Strixxi Bojod… Strixxi Suwed… Oqgħod Attent | L-Għaġina tal-Kulur | Il-Kuluri |
| Piċu Piċu | Il-Pupu Tiegħi | Il-Kostum Tiegħi |
Riżorsi dwar Kuluri, Forom u Ħsejjes
Lista ta’ kotba tal-qari supplimentari bil-Malti.
Id-Dipartiment tat-Tmexxija tal-Kurrikulu bi pjaċir jinforma lill-għalliema tal-primarja ul-ġenituri li qiegħed jipprovdi lista aġġornata ta’ kotba tal-qari bil-Malti tajbin u xierqa għall-istudenti tal-iskejjel primarji.
Id-Dipartiment jgħarraf lill-pubblikaturi u d-distributuri ta’ kotba tal-qari bil-Malti li kull min jixtieq jissottometti l-kotba tiegħu għall-evalwazzjoni huwa mitlub jagħmel dan billi jgħaddi l-kotba lis-Sur John Farrugia, iċ-Ċentru Nazzjonali tal-Kurrikulu, Triq Joe Abela Scolaro, il-Ħamrun.
DCM 018 – Il-lista aġġornata ta’ kotba tal-qari bil-Malti (Diċembru 2016).
DCM 018 – Ċirkulari dwar il-Lista ta’ Kotba għall-qari supplimentari.
Taħriġ għall-Fehim mis-Smigħ permezz tal-leġġendi
Dawn il-filmati u t-taħriġ relatat huma mmirati għall-istudenti tal-1 sena tal-Iskola Medja.
Żur il-paġna għal aktar riżorsi.
L-Eremita ta’ Wied il-Għasel
Karti tat-taħriġ dwar il-leġġenda L-Eremita ta’ Wied il-Għasel
L-Għarusa tal-Mosta
Karti tat-taħriġ dwar il-leġġenda L-Għarusa tal-Mosta





