Filmati qosra mnebbħa mill-poeżiji tas-Sekondarja

It-Taqsima tal-Malti tad-Dipartiment tat-Tmexxija tal-Kurrikulu fi ħdan id-Direttorat għal Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol tixtieq tgħarraf lill-għalliema tal-Malti u lill-istudenti tal-iskejjel sekondarji li l-istudenti tal-Baċellerat fl-Istudji tal-Midja tal-Istitut tal-Arti Kreattiva tal-Kulleġġ Malti tal-Arti, ix-Xjenza u t-Teknoloġija (l-MCAST) immexxija mis-Sur Ian Attard, għadhom kif ħadmu sett ġdid ta’ films qosra fuq poeżiji li hemm fis-sillabi tal-Malti tal-medja u tas-sekondarja fosthom għall-eżami tal-Malti taċ-ĊES.

Din is-sena, il-poeżiji li kienu interpretati f’films kienu Qasba ta’ Mario Azzopardi, Lejl ta’ Tfulija ta’ Ġorġ Borġ, Pitirross ta’ Victor Fenech, Marsaxlokk ta’ Charles Flores, Aqta’ Kamra u Ibni Fjura ta’ Immanuel Mifsud, Geraldine ta’ Trevor Żahra, Fjura tas-Sur ta’ Mario F. Bezzina, Ġarġir mal-Ħerża ta’ Marjanu Vella Univers Ieħor u Poeta ta’ Dun Karm Psaila, Il-Ħajku ta’ Anton Buttigieg u Tifkiriet ta’ Tfuliti ta’ Karmenu Vassallo.

L-istudenti tal-MCAST li ħadmu fuq dan il-proġett huma James Abdilla, James Azzopardi, Claire Bonello, Luke Borg, Edward Brooks, Soraya Cardona, Leah Cauchi, Sephora Cutajar, Roberto d’Amato, Alexander Ellul, Jake Vassallo u Ivan Zarb Ferrante.

Dawn il-filmati jinsabu fuq dan is-sit fil-paġni tal-Poeżija skont is-sena li fiha għandha tkun koperta l-poeżij.