Riżorsi għall-ħames sena tal-primarja li jolqtu l-kisba K2 tat-taħdit. Dawn jikkonsistu fi preżentazzjonijiet u dokumenti li jispjegaw kif għandek tużahom. Nirringrazzaw lil Josette Baldacchino li ħejjiet dawn ir-riżorsi.
Category Archives: Avviżi
Tliet riżorsi għall-Istudenti tad-Disa’ Sena fuq il-Verbi mir-Rumanz u l-Ingliż
Tliet riżorsi dwar l-użu u t-tħaddim ta’ verbi mir-Rumanz u l-Ingliż fit-Temp Perfett, Imperfett u Futur imħejjina mis-Sur G. Curmi.
Verbi mir-Rumanz u l-lngliż fil-Perfett
Riżorsa għall-Bord Interattiv (Starboard) – (Gareth Curmi)
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
Għan tar-Rizorsa: L-istudenti jipprattikaw u jitgħallmu jagħżlu bejn il-verbi li ġejjin mis-Semitiku, mir-Rumanz u mill-Ingliż fit-temp perfett u jużawhom kemm fil-qari kif ukoll fil-kitba.
Istruzzjonijiet: 1. Aqra s-silta li ġejja u agħmel ċirku madwar il-verbi kollha fil-perfett.
2. Poġġi l-verbi li sibt fis-silta ta’ qabel fil-kolonna t-tajba.
3. Aqra n-nota dwar il-verbi Semitiċi u sib sitt eżempji oħra ta’ verbi Semitiċi.
4. Aqra n-nota dwar il-verbi Rumanzi u Ingliżi u sib erba’ eżempji oħra ta’ verbi Rumanzi
u verbi Ingliżi.
Karti tat-Taħriġ (DOCX / PDF) bl-eżerċizzji li jinsabu fir-riżorsa tal-Bord Interattiv.
Verbi mir-Rumanz u l-Ingliż fl-Imperfett
Riżorsa għall-Bord Interattiv (Starboard) – (Gareth Curmi)
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
Għan tar-Rizorsa: L-istudenti jipprattikaw u jitgħallmu jagħżlu bejn il-verbi li ġejjin mis-Semitiku, mir-Rumanz u mill-Ingliż fit-temp imperfett u jużawhom kemm fil-qari kif ukoll fil-kitba.
Istruzzjonijiet: 1. Iddiskuti t-tema tat-tibdil fil-klima u l-mod kif dan qed jaffettwa xi pajjiżi partikulari.
2. Aqra s-siltiet li ġejjin u aħdem l-eżerċizzji.
3. Oħloq kartellun biex turi apprezzament lejn l-ambjent u tqajjem kuxjenza fuq il-protezzjoni tiegħu.
Verbi mir-Rumanz u l-Ingliż fil-Futur
Preżentazzjoni bit-tema tal-ispazju fuq il-verbi mir-Rumanz u mill-Ingliż. (Gareth Curmi)
Permezz ta’ din ir-riżorsa l-istudenti jitgħallmu jikkonjugaw tajjeb verbi mir-Rumanz u mill-Ingliż fit-temp futur u jużawhom kemm fil-kitba kif ukoll fit-taħdit.
Metalingwa f’kuntest u attivitajiet ta’ kitba għall-ħames sena tal-primarja
Aġġornamenti fir-Riżorsi tal-Fehim mill-Qari skont is-sillabu l-ġdid tal-ħames sena tal-primarja. Issa wieħed jista’ jsib taħriġ tal-metalingwa f’kuntest kif ukoll attivitajiet ta’ kitba marbutin ma’ dawn ir-riżorsi. Nirringrazzjaw lil Josette Baldacchino li ħejjiet dawn ir-riżorsi.

Riżorsa tal-Qari għall-Istudenti tas-Seba’ Sena
Riżorsa tal-Qari fuq il-Bidla fil-Klima b’tisliba interattiva u karti tat-taħriġ imħejjija mis-Sur Gabriel Mizzi.
Riżorsa tal-Metalingwa għall-Istudenti tad-Disa’ Sena
Riżorsa tal-Metalingwa għall-Bord Interattiv (Starboard) u karti tat-taħriġ bil-għan li l-istudenti jitgħallmu jagħżlu u jipprattikaw il-verbi li ġejjin mir-Rumanz u mill-Ingliż fit-temp perfett u jużawhom kemm fil-qari kif ukoll fil-kitba. Din ir-riżorsa tħejjiet mis-Sur Gareth Curmi.
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |













