Category Archives: Avviżi
Jum Dun Karm 2020
Peress li Jum Dun Karm li huwa ċċelebrat kull sena fit-18 t’Ottubru u din is-sena se jaħbat il-Ħadd, ikun xieraq li din l-okkażjoni titfakkar fl-iskejjel l-għada jiġifieri t-Tnejn, 19 t’Ottubru 2020.
Għalhekk l-għalliema tal-Malti huma mħeġġa li waqt il-lezzjonijiet tagħhom ifakkru lill-Poeta Nazzjonali billi tinqara l-bijografija tiegħu (ara Hemża A maċ-ċirkulari) u xi poeżiji (jistgħu jintgħażlu minn Hemża B).
DLAP 208 – Tifkira ta’ Jum Dun Karm – 18 ta’ Ottubru 2020
DLAP 208 – Hemża A
DLAP 208 – Hemża B

Taħriġ Interattiv għall-Istudenti tas-Seba’ Sena fuq l-Assimilazzjoni
Taħriġ Interattiv bl-għajnuna tas-Smigħ u Karta tat-Taħriġ biex l-istudenti jitgħallmu jħaddmu aħjar r-regoli tal-Assimilazzjoni mħejji mis-Sa Elaine Vella.
![]() |
![]() |
Riżorsa fuq il-Forom għall-Istudenti tad-Disa’ Sena
Riżorsa Interattiva ta’ Reviżjoni għall-istudenti tad-Disa’ Sena fuq il-Forom tal-Verbi Semitiċi mħejjija mis-Sa Elaine Vella.
Riżorsa tal-Grammatika (Avverbji) għall-Istudenti tat-Tmien Sena
Riżorsa Interattiva Online (Imla l-Vojt) u Karta tat-Taħriġ fuq l-Avverbji taż-żmien, tal-post u tal-manjiera mħejjija minn Elysia Ciantar.
![]() |
![]() |




