Il-Grammatika – 3 SEK

Il-Werrej tal-Paġna

  • Il-Forom tal-Verb Filmati – Sharon Mc Lean
    It-Tieni u l-Ħames Forma – Riżorsa għall-Bord Interattiv Dorianne Bartolo u Ann-Marie Camilleri
    Karti tat-Taħriġ – Maria Cachia
    Taħriġ Interattiv ta’ Reviżjoni (Elaine Vella)
  • Il-Partiċipju – Preżentazzjoni (Paul Gatt),
    Preżentazzjoni – Tagħtrif Ortografiku (Joanna Camilleri),
    Fittiexa u Sentenzi (Jake Debattista)
    Puzzles (Jake Debattista),
    Taħriġ għall-Bord Interattiv – Starboard (Michela Buhagiar),
    Taħriġ għall-Bord Interattiv – ActivInspire (Jake Debattista),
    Taħriġ Interattiv bil-PowerPoint (Jake Debattista),
    Taħriġ Online (Jake Debattista)
    Kwiżż (Michela Buhagiar),
    Karti tat-Taħriġ, Noti u Test (Jake Debattista, Josette Spiteri u Paul Gatt)
    Karti tat-Taħriġ fuq il-partiċipju Passiv ta’ kliem ta’ nisel Ingliż (Gareth Curmi)
  • Il-Prefissi
    Il-Prefissi ma’ kliem li ġej mir-Rumanz u mill-Ingliż – Preżentazzjoni u Karta tat-Taħriġ (Gareth Curmi)
  • Is-Suffissi
    Is-Suffissi ma’ kliem li ġej mir-Rumanz u mill-Ingliż – Noti u Taħriġ (Gareth Curmi)
  • Il-Mamma u l-Għerq
    Karti tat-Taħriġ, Taħriġ Interattiv – Starboard,
    Kwiżż (Lauren Grech)


 

Il-Grammatika

Il-Partiċelli

Riżorsa għall-Bord Interattiv dwar il-Partiċelli

Għan tal-Attività: L-istudenti jitgħallmu jagħrfu l-partiċelli u jsiru konxji dwar l-użu tagħhom fit-tahdit u fil-kitba. 

Deskrizzjoni tal-Attivita: Fl-1 paġna l-istudenti jikxfu partijiet mill-istampa u waqt li jifformulaw sentenzi jressqu l-partiċella t-tajba qrib l-istampa. 
Fit-2 paġna l-istudentijridujimlewil-vojtb’partiċella adattata.
Fit-3 paġna, l-istudenti jridu jaqtgħu linja taħt il-partiċelli u wara jimmarkaw jekk hux użati tajjeb jew le.

 

Kwiżż bħala reviżjoni tal-partiċelli permezz tal-Kahoot (Nicole Galea)

 


Il-Prepożizzjoni

Riżorsa għall-Bord Interattiv dwar il-Prepożizzjoni.

Għan tal-Attività: L-istudenti jsiru konxji dwar l-użu tal-prepożizzjoni permezz ta’ eżerċizzju prattiku u filmat.

Deskrizzjoni tal-Attività: L-istudenti jikklikkjaw fuq ir-risposta t-tajba waqt li jingħataw rispons skont l-għażla tagħhom. Wara l-istudenti jsegwu filmat fuq il-Buskett fejn jistgħu josservaw l-użu tal-prepożizzjonijiet fit-taħdit.

Prepozizzjonijiet_Fran_1 Prepozizzjonijiet_Fran_2


Il-Prepożizzjoni (x’inhi, meta tintuża, meta tingħaqad mal-artiklu, meta titqassar, prepożizzjonijiet tad-direzzjoni). Preżentazzjoni mħejjija minn Ann-Marie Camilleri.

Il-Prepozizzjoni


 

Il-Forom tal-Verb

Filmati dwar il-forom tal-verb Semitiku (Sharon Mc Lean)

It-Tieni Forma (Sharon Mc Lean)

It-2 Forma

It-Tielet Forma (Sharon Mc Lean)

It-3 Forma

Il-Ħames Forma (Sharon Mc Lean)

Il-5 Forma

Is-Sitt Forma (Sharon Mc Lean)

Is-6 Forma

Is-Seba’ Forma (Sharon Mc Lean)

Is-7 Forma

It-Tmien Forma (Sharon Mc Lean)

It-8 Forma
 

It-Tieni u l-Ħames Forma

Riżorsa għall-Bord Interattiv (Starboard) minn Dorianne Bartolo u Ann-Marie Camilleri.

L-Għan tal-Attività: L-istudenti jirrevedu u jsaħħu l-għarfien tat-2 u l-5 forma.

Deskrizzjoni tal-Attività: Fl-1 paġna l-istudenti jimlew il-vojt fis-sentenzi permezz ta’ verbi ikkonjugati fit-2 forma.

F’paġna 2 l-istudenti għandhom jidentifikaw il-verbi fil-5 forma u jpinġu ċirku madwarhom waqt li fejn hemm bżonn jispjegaw l-għażla tagħhom.

 
Karti ta’ Taħriġ (Maria Cachia)

It-tieni u l-ħames forma

It-tielet u s-sitt forma

Is-seba’ forma

It-tmien forma

Id-disa’ forma

L-għaxar forma

 

 
Taħriġ Interattiv ta’ reviżjoni fuq il-forom tal-verbi (Elaine Vella)


 


Riżorsa Interattiva (StarBoard) għall-Konjugazzjoni ta’ Verbi mill-Ingliż u mit-Taljan fil-Perfett (Martina Bezzina)

Għan tar-Riżorsa: K14 – Naf nuża verbi barranin fit-temp Perfett u l-persuna t-tajba fil-kitba ta’ sentenzi. 

Deskrizzjoni tal-Attività: Fl-1 attività, l-istudenti jridu jdaħħlu verbi mir-Rumanz jew mill-Ingliż biex ikomplu l-istorja. 
Fit-2 attività l-istudenti jridu jħassru l-istampa biex jaraw jekk qatgħux ir-risposta.
Fl-aħħar taħriġ l-istudenti jridu jmexxu l-verbi mill-qoffa lejn is-sentenza t-tajba skont il-ħjiel marbut ma’ kull sentenza.  

 

Karti tat-Taħriġ marbuta ma’ din ir-riżorsa – Verbi mir-Rumanz u mill-Ingliż fil-Perfett.  (Martina Bezzina). 


 


Verbi mir-Rumanz u l-Ingliż fil-Perfett

Kisba: Naf nuża verbi barranin (dawk ġejjin mir-Rumanz u l-Ingliż u ma integrawx ma’ dawk Semitiċi) u fit-temp Perfett u l-persuna t-tajba fit-taħdit u fil-kitba ta’ sentenzi bħal Marc ipparkja l-karozza ħażin; It-tim ittrejnja ħafna; L-għalliem issejvja kollox fuq diska kompatta.

Riżorsa għall-Bord Interattiv (Starboard / ActiveInspire) – (Gareth Curmi)

Għan tar-Rizorsa: L-istudenti jipprattikaw u jitgħallmu jagħżlu bejn il-verbi li ġejjin mis-Semitiku, mir-Rumanz u mill-Ingliż fit-temp perfett u jużawhom kemm fil-qari kif ukoll fil-kitba.

Istruzzjonijiet: 1. Aqra s-silta li ġejja u agħmel ċirku madwar il-verbi kollha fil-perfett.
2. Poġġi l-verbi li sibt fis-silta ta’ qabel fil-kolonna t-tajba.
3. Aqra n-nota dwar il-verbi Semitiċi u sib sitt eżempji oħra ta’ verbi Semitiċi.
4. Aqra n-nota dwar il-verbi Rumanzi u Ingliżi u sib erba’ eżempji oħra ta’ verbi Rumanzi
u verbi Ingliżi. 
 
Karti tat-Taħriġ (DOCX / PDF) bl-eżerċizzji li jinsabu fir-riżorsa tal-Bord Interattiv.

 


 

Verbi mir-Rumanz u l-Ingliż fl-Imperfett

Riżorsa għall-Bord Interattiv (Starboard) – (Gareth Curmi)

Għan tar-Rizorsa: L-istudenti jipprattikaw u jitgħallmu jagħżlu bejn il-verbi li ġejjin mis-Semitiku, mir-Rumanz u mill-Ingliż fit-temp imperfett u jużawhom kemm fil-qari kif ukoll fil-kitba.

Istruzzjonijiet: 1. Iddiskuti t-tema tat-tibdil fil-klima u l-mod kif dan qed jaffettwa xi pajjiżi partikulari.
2. Aqra s-siltiet li ġejjin u aħdem l-eżerċizzji.
3. Oħloq kartellun biex turi apprezzament lejn l-ambjent u tqajjem kuxjenza fuq il-protezzjoni tiegħu.

Kati tat-Taħriġ (DOCX / PDF

 


 

Verbi mir-Rumanz u l-Ingliż fil-Futur

Preżentazzjoni bit-tema tal-ispazju fuq il-verbi mir-Rumanz u mill-Ingliż. (Gareth Curmi)

Permezz ta’ din ir-riżorsa l-istudenti jitgħallmu jikkonjugaw tajjeb verbi mir-Rumanz u mill-Ingliż fit-temp futur u jużawhom kemm fil-kitba kif ukoll fit-taħdit.

 

 

Il-Konjugazzjoni ta’ verbi mill-Ingliż u mir-Rumanz

Riżorsa għall-Bord Interattiv (Starboard) – (Gareth Curmi)

 

Preżentazzjoni – Taħriġ orali fuq il-konjugazzjoni ta’ verbi mill-Ingliż u r-Rumanz (Gareth Curmi)

 

Karta tat-Taħriġ (DOCX / PDF)


 


 


In-Nom Mimmat

Riżorsa għall-Bord Interattiv (OpenBoard) fuq in-Nom Mimmat Michela Saliba

Għan tar-Riżorsa: L-istudenti jirrevedu kif jitnisslu nomi li juru post, żmien, għodda u ġemgħa meta dawn isiru minn verbi Semitiċi bil-preformattiva ‘m’ (in-nom mimmat) bħal mitħna, mqass, Milied, mixtla, kif ukoll oħrajn minn kliem barrani, speċjalment mir-Rumanz bħal ġelaterija, pizzerija, piraterija, librerija, pastizzerija, stamperija, u l-bqija.

 

In-Nom Mimmat

Noti u Taħriġiet: Taqsima 2 Rotta 1  | Rotta 2 | Rotta 3 (Shana Tabone)

 

In-Nom Mimmat
Rotta 1
In-Nom Mimmat
Rotta 2
In-Nom Mimmat
Rotta 3


 

In-Nom Diminuttiv

Kisba: Naf kif innissel nomi diminuttivi jew akkrexxittivi minn oħrajn ġejjin kemm mis-Semitiċi kif ukoll mir-Rumanz bħal ġnien – ġnejna; tifel – tfajjel; bank – banketta, bankun; furketta – furkettun; karretta – karrettun; trumbetta – trumbun.

 

Noti u Taħriġiet: Taqsima 1a Rotta 1  | Rotta 2 | Rotta 3 (Shana Tabone)

 

In-Nom Diminuttiv
Rotta 1
In-Nom Diminuttiv
Rotta 2
In-Nom Diminuttiv
Rotta 3

 


 

Id-Diminuttiv ta’ Kliem Rumanz

Tisliba Interattiva  – Agħti d-diminuttiv  (Gareth Curmi)

Imla l-Vojt permezz tad-Diminuttiv (Gareth Curmi)

 

Karti tat-Taħriġ u Noti dwar id-Diminuttiv ta’ kliem imnissel mir-Rumanz (Gareth Curmi)


 

Preżentazzjoni Interattiva bit-Taħriġ fuq id-Diminuttiv ta’ kliem mis-Semitiku u mir-Rumanz (Yasmin Camilleri)


 

L-Akkrexxittiv ta’ kliem li ġej mir-Rumanz

Naf kif innissel nomi diminuttivi jew akkrexxittivi minn oħrajn ġejjin kemm mis-Semitiċi kif ukoll mir-Rumanz bħal ġnien – ġnejna; tifel – tfajjel; bank – banketta – bankun; furketta – furkettun; karretta – karrettun u trumbetta – trumbun.

Preżentazzjoni Interattiva (Gareth Curmi)

 

Karti tat-Taħriġ (Gareth Curmi)

 

L-Akkrexxittiv

Noti u Taħriġiet: Taqsima 1b Rotta 1  | Rotta 2 | Rotta 3 (Shana Tabone)

L-Akkrexxittiv
Rotta 1
L-Akkrexxittiv
Rotta 1
L-Akkrexxittiv
Rotta 1

 

 

In-Nom Astratt

Noti u Taħriġiet: Taqsima 3 Rotta 1  | Rotta 2 | Rotta 3 (Shana Tabone)

In-Nom Astratt
Rotta 1
In-Nom Astratt
Rotta 1
In-Nom Astratt
Rotta 1

 


 

Il-Partiċipju

Preżentazzjoni (Prezi) maħsuba għar-reviżjoni tal-Partiċipju (Paul Gatt)


 

 
Preżentazzjoni – Punti Ortografiċi fuq il-Partiċipju (Joanne Camilleri)

Karta tat-Taħriġ fuq it-tħaddim tal-Partiċipju (Joanne Camilleri)

Fittiexa u l-Użu tal-Partiċipju Attiv fis-Sentenzi – Karti tat-Taħriġ (Jake Debattista)

Puzzles (Jake Debattista)

L-istudenti jridu jgħaqqdu s-sentenza mal-istampa biex isiru midħla tat-tifsiriet differenti tal-partiċipji attivi ta’ għaddej, miexi, tiela’ u nieżel.

Puzzle 1 DOCX | PDF

Puzzle 2 DOCX | PDF

 

Taħriġ permezz tal-Bord Interattiv 1 – Starboard (Michela Buhagiar)

L-Għan tar-Riżorsa: L-istudenti jitgħallmu jidentifikaw il-Partiċipju u jiddistingwu bejn Partiċipju Attiv u Passiv. 

Deskrizzjoni tat-Taħriġ:

Fl-ewwel paġna, l-istudenti jridu jimlew il-vojt bil-Partiċipju Passiv minn ġol-kaxxa.

Fit-tieni paġna, l-istudenti għandhom jagħmlu differenza bejn il-Partiċipju Attiv u dak Passiv billi wara li jaqraw is-sentenzi u jindikaw jekk fis-sentenza hemmx Partiċipju Attiv jew Passiv.

Fit-tielet paġna, l-istudenti jridu jmexxu l-kaxxi l-ħomor biex jikxfu Partiċipju Attiv jew Passiv. Wara li jgħidu x’tip ta’ partiċipju hu, iridu jsawru sentenza b’dan il-partiċipju. 

Ikklikkja hawn taħt biex tara l-istampi tat-taħriġ.

Femminil u Plural – Taħriġ permezz tal-Bord Interattiv 2 – ActivInspire (Jake Debattista)

L-Għan tar-Riżorsa: L-istudenti jitgħallmu jagħżlu bejn is-Singular u l-Plural ta’ kliem fil-Partiċipju Attiv. 

Deskrizzjoni tat-Taħriġ: L-istudenti jridu jkaxkru l-kliem min-naħa ta’ taħt tal-paġna għall-post it-tajjeb biex jaqblu mal-verb u mal-għadd tar-risposta. F’każ li r-risposta tkun tajba l-kelma tibqa’ f’postha. F’każ li r-risposta tkun żbaljata, l-kelma tmur lura n-naħa t’isfel tal-paġna. 


Fittex miċ-Ċirku – Taħriġ permezz tal-Bord Interattiv 3: ActivInspire (Jake Debattista)

L-Għan tar-Riżorsa: L-istudenti se jaqraw is-sentenza u miċ-ċirku se jagħżlu l-forma korretta tal-partiċipju attiv verbali.

Deskrizzjoni tat-Taħriġ: L-istudenti se jaqraw il-partiċipji attivi li hemm taħt nett fil-paġna mbagħad se jikkategorizzawhom fil-kaxxi tal-femminil u l-plural. B’dan il-mod l-istudenti se jiġu konxji li l-partiċipju attiv verbali jinqasam fi tlieta: il-maskil, il-femminil u l-plural.

 


Aqra u mmarka – Taħriġ Interattiv permezz tal-PowerPoint (Jake Debattista)

L-istudenti jridu jagħżlu l-Partiċipju Attiv Verbali fis-sentenzi. 


 

Agħżel it-tajba – Taħriġ interattiv (PPTX) fuq il-Partiċipju Attiv Verbali (Jake Debattista)

L-istudenti jridu jagħżlu r-risposta t-tajba skont fis-sentenza. 


Imla l-vojt – Taħriġ Interattiv Online (Jake Debattista)

Ara r-risposti għal dan it-taħriġ

 


 

Kwiżż Virtwali (Online) Agħżel l-Għerq t-tajjeb u nissel il-Partiċipju fil-forma t-tajba. (Jake Debattista)

Deskrizzjoni tal-Attività: L-għalliem jaqsam il-klassi fi 3 gruppi. Kull grupp ikollu 6 mistoqsijiet differenti x’jirrispondi. Għall kull sentenza kull grupp irid jagħżel l-għerq it-tajjeb mil-lista li għandu u wara jrid inissel il-forma t-tajba tal-partiċipju attiv verbali. Għal kull risposta tajba l-ġrupp jiggwadanja ammont ta’ marki li jingħaddu biex fl-aħħar jiddeterminaw min ġab l-aktar punti.

Ara t-tweġibiet għal dan it-taħriġ. 


 Kwiżż – Kahoot (Michela Buhagiar)



 
Diskursata bejn John u l-librara: Imla l-vojt – Karta tat-Taħriġ (Jake Debattista)


X’Inti Tara?(Jake Debattista)

L-istudenti jiddeskrivu x’qed jaraw billi jużaw il-partiċipju attiv verbali. Wara jiktbu s-sentenza li fiha tinkludi l-partiċipju attiv verbali. Xħin kulħadd ilesti jinqraw is-sentenzi li jkunu nkitbu.

Ikklikkja hawn biex tara r-Risposti ta’ dan it-taħriġ.

 

Nota dwar il-Partiċipju Passiv (Josette Spiteri)

il-participju-passiv-nota

Karti tat-Taħriġ fuq il-Partiċipju Attiv u Passiv (Paul Gatt).

Il-Participju Revizjoni 1 Il-Participju Revizjoni 2Test fuq il-Partiċipju (Paul Gatt)

Test Participju

Il-Partiċipju Passiv ta’ kliem ta’ Nisel Ingiż (Gareth Curmi)

 


 

Il-Prefissi

Preżentazzjoni fuq il-Prefissi magħquda ma’ kliem li ġej mir-Rumanz u mill-Ingliż (Gareth Curmi)

Karti tat-taħriġ fuq il-Prefissi ta’ kliem li ġej mir-Rumanz u mill-Ingliż – (Gareth Curmi)


 


Is-Suffissi

Noti u Karti tat-Taħriġ fuq is-Suffissi magħquda ma’ kliem li ġej mir-Rumanz u mill-Ingliż. (Gareth Curmi)


 

Il-Mamma u l-Għerq

Karti tat-Taħriġ
Forom

 

Riżorsa Interattiva bil-Bord InterattivStarboard (Lauren Grech)

Għan tar-Riżorsa: L-istudenti jidentifikaw il-mamma u l-għerq fil-verb Semitiku.

Deskrizzjoni tar-Riżorsa:

      • Fl-ewwel paġna l-istudenti jridu jpoġġu l-kliem mill-kaxxa ta’ taħt fis-sentenza t-tajba.
      • Fit-tieni paġna jridu jpoġġu l-verbi fil-kaxxa t-tajba skont humiex verbi Xebbihin, Moħfijin u Neqsin.
      • Fl-aħħar paġna l-istudenti jridu jaqtgħu liema verb dgħajjef hemm moħbi fis-sentenzi skont is-sens tas-silta. Wara li jlissnu l-verb jikklikkjaw fuq il-kaxxa u jaraw jekk irrispondewx tajjeb. 

(Ikklikkja hawn taħt biex tara stampa tal-eżerċizzji.)

Il-Verb Dgħajjef – Kwiżż (Kahoot) (Lauren Grech)


 

Il-Konġunzjonijiet

Riżorsa għall-Bord Interattiv – Starboard (Jessica Schembri)

kongunzjonijiet-p-2 kongunzjonijiet-p-4 kongunzjonijiet-p-7
kongunzjonijiet-p-9 kongunzjonijiet-p-10 kongunzjonijiet-p-11