Sett ta’ riżorsi għas-snin bikrin dwar il-ħsejjes, forom 3D u kuluri u forom. Nirringrazzjaw lil Josette Baldacchino li ħejjiet dawn ir-riżorsi fuq idea tal-għalliema tal-Kinder tal-iskola Primarja tal-Marsa, Kulleġġ San Ġorġ Preca.
![]() |
![]() |
![]() |
Id-Dipartiment tat-Tmexxija tal-Kurrikulu bi pjaċir jinforma lill-għalliema tal-primarja ul-ġenituri li qiegħed jipprovdi lista aġġornata ta’ kotba tal-qari bil-Malti tajbin u xierqa għall-istudenti tal-iskejjel primarji.
Id-Dipartiment jgħarraf lill-pubblikaturi u d-distributuri ta’ kotba tal-qari bil-Malti li kull min jixtieq jissottometti l-kotba tiegħu għall-evalwazzjoni huwa mitlub jagħmel dan billi jgħaddi l-kotba lis-Sur John Farrugia, iċ-Ċentru Nazzjonali tal-Kurrikulu, Triq Joe Abela Scolaro, il-Ħamrun.
DCM 018 – Il-lista aġġornata ta’ kotba tal-qari bil-Malti (Diċembru 2016).
DCM 018 – Ċirkulari dwar il-Lista ta’ Kotba għall-qari supplimentari.
Dawn il-filmati u t-taħriġ relatat huma mmirati għall-istudenti tal-1 sena tal-Iskola Medja.
Żur il-paġna għal aktar riżorsi.
Karti tat-taħriġ dwar il-leġġenda L-Eremita ta’ Wied il-Għasel
Karti tat-taħriġ dwar il-leġġenda L-Għarusa tal-Mosta