Lista ta’ kotba tal-qari supplimentari bil-Malti.

reading a bookId-Dipartiment tat-Tmexxija tal-Kurrikulu bi pjaċir jinforma lill-għalliema tal-primarja ul-ġenituri li qiegħed jipprovdi lista aġġornata ta’ kotba tal-qari bil-Malti tajbin u xierqa għall-istudenti tal-iskejjel primarji.

Id-Dipartiment jgħarraf lill-pubblikaturi u d-distributuri ta’ kotba tal-qari bil-Malti li kull min jixtieq jissottometti l-kotba tiegħu għall-evalwazzjoni huwa mitlub jagħmel dan billi jgħaddi l-kotba lis-Sur John Farrugia, iċ-Ċentru Nazzjonali tal-Kurrikulu, Triq Joe Abela Scolaro, il-Ħamrun.

DCM 018 – Il-lista aġġornata ta’ kotba tal-qari bil-Malti (Diċembru 2016).

DCM 018 – Ċirkulari dwar il-Lista ta’ Kotba għall-qari supplimentari.