Ikklikkja fuq l-istampa biex tidħol fis-sit tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb li qed jorganizza dan il-festival.
Author Archives: Paul Gatt
Riżorsi tal-Malti għall-Barranin (għall-istudenti fil-livell primarju)
Pakkett ta’ riżorsi li jinkorpora taħriġ varju bil-għan li jgħin lill-għalliema fit-tagħlim tal-lingwa Maltija lill-istudenti barranin. Dawn ir-riżorsi huma mfasslin fuq il-pjan ta’ ħidma li jwasslu għall-kisba tal-Grad A1 tal-Qafas Komuni Ewropew. Għalhekk għalliema li jgħallmu l-Malti bħala lsien barrani fl-iskejjel Primarji, Medji, Sekondarji u ċentri oħra li jilqgħu studenti barranin huma mħeġġa jużaw dawn ir-riżorsi interattivi. Nirringrazzjaw lil Josette Baldacchino li ħejjiet dawn ir-riżorsi.
Dan ir-riżorsi jinsabu fil-paġna Il-Malti għall-Barranin / Primarja
Taħriġ fuq in-Novelli Obbligatorji fl-antoloġija Arja Friska 2
Taħriġ b’enfasi fuq l-analiżi letterarja tan-novelli obbligatorji għat-tieni sena tas-Sekondarja:
Ħbub tad-deheb ta’ Trevor Żahra (Livell 5,6 u 7 u Livell 7 u 8)
Saver iridha ta’ Mosè ta’ Oliver Friggieri
Wegħda mal-erwieħ ta’ Lino Psaila
Ma’ dan it-taħriġ fl-istess paġna elettronika wieħed isib ukoll il-qari tan-novelli mill-Uffiċjali Edukattivi tal-Malti.
Taħriġ fil-kitba maħsuba għall-istudenti tat-tmien sena
Taħriġ fil-kitba ispirat minn sekwenza ta’ stampi. L-istampi għandhom temi varjati iżda l-għan primarju huwa dak li tinħoloq diskussjoni fost l-istudenti dwar aspetti differenti tal-ħajja u sitwazzjonijiet li tfal oħra tamparhom qed jgħixu.
It-temi ttrattati huma dawn:
It-Tfal fil-Gwerra,
Malal Yousafzai (Il-ġlieda ta’ tfajla għad-dritt tal-edukazzjoni),
Mument ta’ Aljenazzjoni,
Dar Misterjuża,
Bla Flus,
Sewqan Irresponsabbli
L-eżerċizzji f’dawn il-karti jappellaw għall-ħiliet differenti li l-istudenti huma mistennija jiżviluppaw tul is-snin tal-edukazzjoni formali.
Mixjet il-Malti 2017 fil-Biblijoteka Nazzjonali
Il-Ktejjeb bit-Tweġibiet
F’dan il-ktejjeb wieħed isib ir-risposti għall-mistoqsijiet tat-taħriġ mogħti fl-attività Mixjet il-Malti. Ikklikkja fuq il-ktejjeb biex tniżżel kopja.
Għal aktar tagħrif u riżorsi żur il-paġna tat-Taħdit tar-4 sena tas-Sekondarja.


