Jum Dun Karm – Il-Ħamis, 19 ta’ Ottubru 2017

Tifkira ta’ Jum Dun Karm Il-Ħamis, 19 ta’ Ottubru 2017, id-Direttorat għall-Programmi ta’ Tagħlim u Assessjar, u l-Kumitat għall-Festi Nazzjonali se jorganizzaw ċerimonja kommemorattiva biex ifakkru l-poeta nazzjonali. L-istudenti u l-għalliema għandhom ikunu bilqiegħda sal-10.00 fis-sala tal-iskola Primarja ta’ Ħaż-Żebbuġ li tinsab fi Triq Sciortino. Dakinhar, l-istess sala se tiġi inawgurata u tingħata l-isem ta’ Sala Dun Karm Psaila. Hawnhekk se jittella’ programm li jinkludi diskorsi, u attivitajiet interattivi fosthom kwiżż marbut ma’ filmat bijografiku, intervista mill-istudenti ma’ awtur intiż fuq ix-xogħlijiet ta’ Dun Karm, u kant animat minn kor tat-tfal tal-iskola Primarja ta’ Ħaż-Żebbuġ. Wara, l-iskejjel huma mistiedna, li jqiegħdu bukketti ta’ fjuri fil-kappella fejn jinsab midfun il-poeta nazzjonali.

Għal aktar dettalji żur il-paġna taċ-Ċirkularijiet

Dun_Karm