It-XII-il edizzjoni tal-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta’ Malta

Il-Ħamis 24,il-Ġimgħa 25, u s-Sibt 26 ta’ Awwissu fit-20:00, fil-Forti Sant’Iermu, il-Belt Valletta.

Il-kittieba mistiedna huma John Aquilina (l-Ingilterra/Malta), Asja Bakić (Bosnija-Ħerżegovina), Mourid Barghouti (il-Palestina), Lilia Ben Romdhane (it-Tuneżija), Mark Camilleri (Malta), Immanuel Mifsud (Malta), Jean Portante (il-Lussemburgu), Alfred Sant (Malta), Zoë Skoulding (Wales), Ma Thida (Myanmar), Arvis Viguls (il-Latvja), u Gjoko Zdraveski (ir-Repubblika tal-Maċedonja). Id-dħul għall-Festival huwa b’xejn.

Minbarra l-qari tal-kitbiet oriġinali u ta’ traduzzjonijiet li l-parteċipanti jkunu ħadmu fuqhom fil-jiem ta’ qabel il-Festival, se jkun hemm intervisti ma’ wħud mill-awturi, mużika, u l-wiri ta’ films tal-poeżija. Din is-sena, b’kollaborazzjoni mal-Fondazzjoni Valletta 2018,
se nuru żewġ films ikkummissjonati minn poeżija ta’ Victor Fenech u oħra ta’ Maria Grech Ganado. Fil-waqfa ta’ 20 minuta, wieħed jista’ jixtri x’jiekol u x’jixrob, kif ukoll xi kotba, fost l-oħrajn tal-parteċipanti. Il-programm tat-tlett ijiem tal-festival jinsab fuq is-sit
www.inizjamedmalta.wordpress.com u fuq Facebook.
fmlm-2017