It-Taqsima tal-Malti tad-Direttorat għall-Programmi ta’ Tagħlim u Assessjar qed toħroġ din il-lista approvata ta’ rumanzi bil-Malti ta’ avventura u bi sfond storiku. Minn din il-lista għandhom jintgħażlu l-kotba tal-qari skont il-ħiliet u l-abbiltajiet tal-istudenti fir-rotot rispettivi.
Dawn il-kotba għandhom jintużaw biex jintlaħqu l-miri stabbiliti għal-Letteratura fil-Kisbiet mit-Tagħlim għal-livell 7. Ir-rumanzi jridu jintgħażlu minn din il-lista ta’ kotba approvati.
Din il-lista se tkun aġġornata minn żmien għal żmien. Dawk l-għalliema li jkollhom suġġerimenti ta’ kotba biex jiġu inklużi fil-lista li jmiss għandhom jgħadduhom lill-Kap tad-Dipartiment tal-Kulleġġ jew lill-Uffiċjali Edukattivi tal-Malti.
Author Archives: Paul Gatt
Tqassim tal-Ammonti ta’ Kliem għat-Testi: Mejju 2018
Din hija l-linja gwida li fuqha għandhom jimxu l-għalliema biex ifasslu u jħarrġu lill-istudenti tagħhom għall-Assessjar Kontinwu. Dan it-tqassim se jintuża wkoll għall-Eżamijiet Annwali.
It-Termini Letterarji għall-Assessjar Kontinwu u Summattiv: Minn Settembru 2018
Din il‑lista tindika t‑termini letterarji li l‑istudenti huma mistennija jkunu jafu meta jersqu għall‑assessjar kontinwu u għall-eżami. It‑termini qed jitqassmu fuq is‑snin kollha tas‑sekondarja biex għal skop ta’ assessjar l‑istudenti jkunu jafu liema termini jistgħu jiġu mistoqsija fuqhom …
.
L-Assessjar Kontinwu u Summattiv fil-Malti (Primarja mir-4 sas-6 Sena)
Il-preżentazzjoni li ngħatat fis-sessjonijiet ta’ taħriġ għall-għalliema fix-xhur ta’ April u Mejju dwar l-Assessjar Kontinwu u Summattiv fil-Malti għall-Primarja.
Suġġerimenti u rakkomandazzjonijiet dwar l-Assessjar Formativ u Summattiv fil-Malti jistgħu jintbagħtu fl-indirizzi elettroniċi tal-Uffiċjali Edukattivi tal-Malti sal-aħħar ta’ Mejju 2018.
L-Assessjar Kontinwu u Summattiv fil-Malti għas-Seba’ Sena

Il-preżentazzjoni li saret matul il-jumejn ta’ taħriġ għall-għalliema dwar l-Assessjar Kontinwu u Summattiv fil-Malti.
Suġġerimenti u rakkomandazzjonijiet dwar l-Assessjar Formativ u Summattiv fil-Malti jistgħu jintbagħtu fl-indirizzi elettroniċi tal-Uffiċjali Edukattivi tal-Malti sa nofs Mejju 2018.

