Il-ktieb Zito Zandarell – Ġrajja ta’ Tifel Aljen ta’ Carmel G. Cauchi

Ir-rumanz preżenti tas-Seba’ Sena, ‘Zito Zandarell – Ġrajja ta’ Tifel Aljen’ ta’ Carmel G. Cauchi, li tqassam lill-istudenti fil-bidu ta’ din is-sena skolastika m’għandux jinġabar fl-aħħar tas-sena imma għandu jitħalla għand l-istudenti sabiex jeħduh magħhom.
Jekk l-imħażen tal-iskola hemm kopji oħra tal-istess rumanz, dawn għandhom jitqassmu BLA ĦLAS lit-tfal tat-tieni sena. Jekk ikunu f’kundizzjoni ġdida jew tajba ħafna, l-iskola tista’ tużahom f’xi okkażjoni biex tippremja lill-istudenti jew biex jitpoġġew fil-librerija tal-klassi. (Ċirkulari DLAP158/2018)