Fis-sit malti.skola.edu.mt, l-għalliema jistgħu jsibu d-dokumenti relatati mal-Kriterji tal-Assessjar li mis-sena skolastika 2018-2019 se jkun implimentat fit-3 sas-6 sena tal-Primarja u fis-7 sena tal-Medja. Ittellgħu wkoll il-preżentazzjonijiet li saru fl-Inset 2018 dwar il-pedagoġija u l-pjan ta’ ħidma li jinsabu kemm mas-sezzjoni tas-Sillabu tas-snin rispettivi kif ukoll fil-paġna ddedikata għall-Inset 2018.
Fil-paġni Sillabi l-Ġodda hemm ukoll is-sillabi l-ġodda mibnija fuq il-Kisbiet mit-Tagħlim tal-Ħiliet tal-Malti għat-3 sena (Primarja) u għas-7 sena (Medja) flimkien ma’ dokumenti oħra relatati.
Min ikollu xi diffikultà jew jixtieq aktar informazzjoni dwar dawn id-dokumenti u l-implimentazzjoni tagħhom jista’ jkellem lill-Uffiċjali Edukattivi tal-Malti permezz tat-telefown jew b’ittra elettronika.