Prosit lill-iskola primarja t’Għajnsielem, mill-Kulleġġ t’Għawdex!
Idħol fil-blogg tal-iskola u ssib tliet logħbiet edukattivi li saru dan l-aħħar bil-kompjuter mill-għalliem Etienne Vella, marbuta mat-tagħlim tan-numri bil-Malti.
Prosit lill-iskola primarja t’Għajnsielem, mill-Kulleġġ t’Għawdex!
Idħol fil-blogg tal-iskola u ssib tliet logħbiet edukattivi li saru dan l-aħħar bil-kompjuter mill-għalliem Etienne Vella, marbuta mat-tagħlim tan-numri bil-Malti.
Il-ktejjeb maħruġ mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti Deċiżjonijiet 1 m’għandux jingħata lill-istudenti. Huwa fid-dmir tal-għalliema li jkunu jafu sewwa r-regoli kollha tal-ortografija tal-Malti u li dawn jgħadduhom lill-istudenti f’taħriġ, b’kuntest fit-taqsimiet kif jitolbu s-sillabi tal-Malti.
Jekk trid tkun taf aktar fuq ir-regoli tal-ortografija tal-Malti ara t-taqsima ‘Ir-Regoli tal-Malti’ fuq ix-xellug tas-sit. Jekk għandek xi dubju jew xi mistoqsija fuq kif tikteb kelma bil-Malti iktbilna u nweġbuk.
Imma għadek fiċ-ċans li tgħaddilna l-fehma tiegħek mit-taqsima tal-kuntatt.

Grazzi tas-sehem tiegħek! Għas-seminar attendew ’il fuq minn 200.
Il-ġabra tal-ktibiet li kienet diskussa qiegħda hawn.
Il-preżentazzjonijiet li ntwerew waqt is-seminar qegħdin hawn.

Bħalissa qed isir eżerċizzju importanti li qed jifli l-Kurrikulu Minimu Nazzjonali u jara kif jista’ jittejjeb. Eżerċizzju bħal dan jolqot direttament l-ilsien Malti u l-pożizzjoni tiegħu fit-tagħlim u fl-użu. Jekk hemm qasam fejn il-politika lingwistika trid tkun iċċarata u aġġornata, dan huwa fil-qasam tal-edukazzjoni.
Għaldaqstant dan is-seminar pubbliku, organizzat mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti u mid-Direttorat għal Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni, għandu jservi bħala forum ta’ diskussjoni ta’ din it-tema ta’ interess nazzjonali.
Il-fehmiet li se jitqassmu lill-udjenza dakinhar tas-seminar issibhom hawnhekk.
Fil-qosor:
SEMINAR NAZZJONALI: Il-bilingwiżmu fl-edukazzjoni ta’ pajjiżna. X’inhu l-aħjar għal uliedna?
Data: Is-Sibt, 5 ta’ Diċembru 2009
Ħin: 9:00am – 1:00pm
Post: Is-sala tal-Iskola Primarja ta’ Ħ’Attard (il-Kulleġġ San Nikola)
Dħul: B’xejn
Narawk!
Grazzi lill-għalliema Charmaine Borg (għalliema tar-Raba’ Sena fl-Iskola Primarja ta’ Birżebbuġa) u lill-għalliem Paul Pulis (għalliem tas-Sitt Sena fl-Iskola Primarja ta’ Bormla) li għoġobhom ikunu l-ewwel għalliema li jaqsmu magħna l-karti tat-taħriġ tagħhom.
Jekk inti wkoll għandek xi materjal li tixtieq taqsmu magħna, nitolbok tgħaddihulna biex jidher f’ismek f’dan is-sit. Dawn il-karti tat-taħriġ qegħdin intellgħuhom għaliex irridu noħolqu bank tar-riżorsi tal-Malti biex minnu nieħdu l-aħjar ideat li jgħoddu għall-istudenti li qegħdin ngħallmu.
Ir-riżorsi ta’ dawn l-għalliema ssibuhom f’dan is-sit, fit-taqsimiet rispettivi tar-riżorsi tar-Raba’ Sena u tas-Sitt Sena.