Werrejja ta’ Dun Karm

Alan Saliba, Kap tad-Dipartiment tal-Malti, ħareġ bl-inizjattiva sabiħa li joħloq werrejja ta’ Dun Karm biex jitqassmu lill-istudenti kollha li ġew għall-attività ta’ Jum Dun Karm fit-18 ta’ Ottubru 2012, il-Furjana.

Nirringrazzajw ukoll lil Marlon Barbara, Kap tad-Dipartiment tal-Malti, tal-għajnuna tiegħu għal dawn il-werrejja.

Fuq wara tal-werrejja nsibu parti mill-Innu ta’ Filgħodu bil-kliem ta’ Dun Karm u l-mużika ta’ Ġużeppi Caruana. Inħeġġu lill-għalliema kollha tal-Primarja biex fil-klassijiet tagħhom ikantaw dan l-innu sabiħ.

Dun Karm imfakkar fl-Iskola Primarja tar-Rabat

Prosit lill-Iskola Primarja tar-Rabat li fit-18 ta’ Ottubru it-tfal tal-klassi tal-Ħames Sena fakkru lill-Poeta Nazzjonali bi preżentazzjoni sabiħa fuqu waqt il-laqgħa ta’ filgħodu.

Nirringrazzjaw lill-għalliema u lill-amministrazzjoni tal-iskola li ħadu ħsieb din l-attività.

Il-Valur ta’ de Soldanis

TAĦDITA PUBBLIKA FUQ DE SOLDANIS

Nhar it-Tlieta, 30 ta’ Ottubru 2012 se ssir taħdita fil-Bibljoteka Nazzjonali ta’ Malta, b’rabta ma’ de Soldanis, fuq l-istorja, il-pitturi, l-ikel, l-ilbies, id-dizzjunarju u l-pronunzja.

Il-kelliema se jkunu l-Prof. Frans Ciappara, il-Prof. Keith Sciberras, Kenneth Gambin, Claire Bonavia, Rosabelle Carabott u Janica Magro.

Min jiġi jingħatalu ktejjeb bil-kulur fuq de Soldanis, ideali għall-istudenti tas-Sekondarja.

It-taħdita se ddum siegħa u nofs (mis-6.30pm sat-8pm) u d-dħul għaliha b’xejn.

Ara t-tagħrif fuq din l-attività minn hawn.

————————

KTIEB FUQ DE SOLDANIS GĦAS-SEKONDARJA

Il-ktieb ta’ de Soldanis għall-istudenti tas-sekondarja tnieda fl-24 ta’ Ottubru fil-Ministeru ta’ Għawdex. Ara l-istqarrija u r-ritratti tat-tnedija.

Minn hawn tista’ tniżżel kopja pdf tal-ktieb. Dawn huma t-tweġibiet tat-taħriġiet li ssib fl-istess ktieb u kopja tat-tmien djalogi ta’ de Soldanis.