It-tieni sessjoni fuq l-ortografija

Fuq talba tal-għalliema, l-Akkademja tal-Malti flimkien mal-uffiċjali edukattivi tal-Malti David Agius Muscat, George Mifsud u David Muscat, bil-kollaborazzjoni tal-kapijiet tad-Dipartiment tal-Malti tal-Iskejjel tal-Knisja Phyllis Debono u Claire Zerafa, organizzaw it-tieni sessjoni ta’ tweġib għal mistoqsijiet dwar problemi fuq l-ortografija tal-Malti.

Din saret fit-18 ta’ Mejju 2012, mill-5.30pm sas-7pm, fiċ-Ċentru tal-Kurrikulu, il-Furjana. Il-kelliem kien is-Sur Carmel Azzopardi, il-President tal-Akkademja tal-Malti.  Tagħrif ieħor u aħbarijiet oħra dwar il-lingwa Maltija jistgħu jinkisbu minn dawn is-siti:

http://malti.skola.edu.mt
http://maltikurja.wordpress.com
http://www.akkademjatalmalti.com