Nirringrazzjaw lis-Sa Michelle Spiteri, il-Kap tal-Iskola Primarja tal-Birgu, tal-Kulleġġ Santa Margerita, li bagħtitilna t-taqbila Marinton Ċiklanton li kienet għallmithielha ommha meta kienet għadha tifla.
Marinton, Ċiklanton,
libsa bajda bil-pantor.
Naħsilhielek, ngħaddihielek,
għall-festa ta’ San Girgor.
Iż-żarbun, iż-żarbun ta’ Severina,
Severina bint ir-re,
daħlet sieqha ġol-gabarrè.
It-taqbila inkludejnieha wkoll f’din il-preżentazzjoni tat-taqbiliet popolari.
Inti taf xi taqbiliet popolari Maltin oħra li mhumiex fiż-żewġ preżentazzjonijiet tat-taqsima “Mogħdija taż-Żmien”, li hemm fil-kolonna tal-lemin tas-sit? Jekk iva, ibgħathomlna ħalli ngħallmuhom lit-tfal tal-iskejjel.