Nafu li bosta skejjel organizzaw attivitajiet differenti f’Jum Dun Karm, il-Poeta Nazzjonali tal-Maltin. Aħna rċivejna ritratti mill-Iskola Sekondarja tas-Subien, Tal-Ħandaq tal-Kulleġġ San Injazju, mill-Iskola Primarja ta’ Ħal Għaxaq tal-Kulleġġ San Benedittu, mill-Iskola Sekondarja tal-Bniet, l-Imrieħel tal-Kulleġġ Santa Tereża, u mill-Iskola Primarja tar-Rabat tal-Kulleġġ San Nikola.
Ħajr u prosit lill-għalliema kollha u lill-assistenti kapijiet u kapijiet ta’ skejjel differenti li organizzaw dawn l-attivitajiet, partikolarment lil Ina Cutajar, Jacqueline Darmanin, Rita Dapi Vella, Saviour Sammut, Deo Grech, u Jonathan Portanier Mifsud li bagħtulna dawn ir-ritratti.