Din hi l-lista kompluta tal-qwiel li l-istudenti tal-Primarja u s-Sekondarja għandhom ikunu jafu.
Dawn huma mqassmin fuq seba’ snin, jiġifieri mir-4 Sena tal-Primarja sar-4 Sena tas-Sekondarja. Il-qwiel li għażilna huma popolari mal-kelliema Maltin u nintrabtu li fl-eżamijiet annwali tal-iskejjel tal-Gvern joħorġu minnhom biss, skont is-sena.