Sett ta’ Riżorsi ta’ Taħriġ fl-Ortografija għas-Sitt Sena

stampa dahla

Dawn ir-riżorsi jmorru id f’id mal-Kartelluni b’Tagħrif Ortografiku mtellgħin fis-sit riċentament.  Nirringrazzjaw lil Josette Baldacchino li ħejjiet dawn ir-riżorsi.

Ċirkularijiet ġodda relatati mal-Malti maħruġa f’Mejju 2016

Dawn huma ċirkularijiet importanti li ħarġu matul Mejju 2016 relatati mat-tagħlim tal-Malti.

Aktar ċirkularijiet jinsabu fuq il-paġna Ċirkularijiet 2015-2016

Lista ta’ kotba tal-qari bil-Malti approvati mid-Dipartiment tal-Kurrikulu

Id-Dipartiment tal-Kurrikulu jixtieq jgħarraf lill-kapijiet tal-iskejjel primarji, l-għalliema u l-ġenituri li għadha kif reġgħet ġiet aġġornata l-lista ta’ kotba tal-qari bil-Malti għall-istudenti tal-primarja. Din il-lista għandha sservi ta’ gwida għall-iskejjel meta jiġu biex jagħżlu u jixtru l-kotba għal-libreriji tal-klassijiet u tal-iskejjel. Il-kotba magħżula huma wkoll tajbin biex jintużaw waqt il-lezzjonijiet tal-Malti li jsiru fil-klassi.

L-għażla tal-kotba saret wara proċess ta’ evalwazzjoni li sar minn Bord tal-Għażla li twaqqaf apposta mid-Dipartiment tal-Kurrikulu. Dan il-bord mexa fuq il-kriterji mniżżlin fiċ-ċekkjatura li wieħed isib ippubblikata fis-sit elettroniku tat-Taqsima tal-Malti – malti.skola.edu.mt/primarja

Id-Dipartiment tal-Kurrikulu jfakkar lill-pubblikaturi, id-distributuri u l-awturi lil jistgħu jissottomettu l-kotba tagħhom għall-evalwazzjoni tal-Bord lis-Sa Carmen Attard, Iċ-Ċentru Nazzjonali tal-Kurrikulu, Triq Joseph Abela Scolaro, il-Ħamrun.

Bidla fl-għażla tan-novelli obbligatorji mill-antoloġiji Arja Friska 1 u 2

L-għalliema tal-Malti huma mgħarrfa li għas-sena skolastika li jmiss, 2016-2017, l-għażla tan-novelli obbligatorji mill-antoloġiji Arja Friska 1 u 2 ser tinbidel u ser jiddaħħlu novelli ġodda skont kif muri fil-lista t’hawn taħt.

In-novelli obbligatorji b’seħħ minn Settembru 2016

  • Għas-Seba’ Sena
    L-Imħatra tal-Ħallelin ta’ Dun Xand Cortis
    Il-Ġennien ta’ Gorg Borg
    Demgħa ta’ Anselm Sciberras
    Ġaħan u l-Ġurdien ta’ Gorg Mifsud-Chircop
  • Għat-Tmien Sena
    Ħbub tad-Deheb ta’ Trevor Żahra
    Saver Iridha ta’ Mosè ta’ Oliver Friggieri
    L-Emigrant ta’ Lawrence Mizzi
    Wegħda mal-Erwieħ ta’ Lino Psaila

L-għalliema huma mfakkra li f’dan is-sit malti.skola.edu.mt hawn għadd ta’ riżorsi marbutin ma’ dawn in-novelli ġodda li jinkludu, fost l-oħrajn, karti tat-taħriġ kif ukoll qari rrikordjat tagħhom biex jintużaw fil-klassi. Kull min iħejji xi materjal ieħor b’rabta mat-tagħlim ta’ dawn in-novelli u jogħġbu jidher fl-imsemmi sit, jista’ jgħaddih lill-Kap tad-Dipartiment tal-Malti tal-kulleġġ tiegħu jew lill-Uffiċjal Edukattiv inkarigat. Kull xogħol mogħti jiġi apprezzat u mtella’ f’isem min ikun għamlu.

Aktar tagħrif fiċ-ċirkulari: DCM-087