Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol bi pjaċir iħabbar it-tielet edizzjoni tal-Premju Frans Sammut. Dan il-Premju jingħata kull sena lil dawk il-persuni, skejjel u entitajiet privati, istituzzjonijiet governattivi jew mezzi tax-xandir li juru li fil-komunikazzjoni verbali, bil-kitba u elettronika jinqdew bl-ilsien Malti b’mod eżemplari, kreattiv u innovattiv.
Il-Premju jinqasam fi tliet kategoriji:
Kategorija A: Għal individwi minn erbatax-il sena ’l fuq minn kull qasam tal-ħajja.
Kategorija B: Għal skejjel statali, tal-knisja u privati, u entitajiet oħra edukattivi.
Kategorija Ċ: Għall-entitajiet, fosthom għaqdiet volontarji, kunsilli lokali, kumpaniji privati, istituzzjonijiet governattivi, fondazzjonijiet, koperattivi u l-bqija.
Il-premjijiet huma ta’ €1500, €1000 jew €500 f’kull kategorija.