Filmati qosra dwar il-Forom tal-Verb

Sitt filmati qosra dwar uħud mill-forom tal-verb, prodotti min Sharon Mc Lean.

It-2 Forma

Proġett b’koperazzjoni bejn id-Dipartiment tal-Malti fid-Dipartiment tat-Tmexxija tal-Kurrikulu, id-Dipartiment tal-Malti fil-Fakultà tal-Edukazzjoni u l-Iskola Medja tan-Naxxar tal-Kulleġġ Marija Reġina.

Riżorsi fuq l-Istorja tal-Lingwa

Għadd ta’ riżorsi u attivitajiet interattivi dwar l-istorja tal-lingwa u l-influwenzi tal-ħakkiema fuq ilsienna, addattati għall-istudentit tat-tielet u r-raba’ sena tas-Sekondarja. Jistgħu jintużaw ukoll bħala reviżjoni mal-istudenti tal-ħames sena.

Liema Pajjiz Għaqqad fi gruppi ta 4 Kahoot Ghalliema Minn fejn gej dan il-kliem L-Avjazzjoni

Dawn ir-riżorsi saru b’koperazzjoni bejn id-Dipartiment tal-Malti fid-Dipartiment tat-Tmexxija tal-Kurrikulu, id-Dipartiment tal-Malti fil-Fakultà tal-Edukazzjoni u l-Iskola Medja tan-Naxxar tal-Kulleġġ Marija Reġina.

Jum Dun Karm – Il-Ħamis, 19 ta’ Ottubru 2017

Tifkira ta’ Jum Dun Karm Il-Ħamis, 19 ta’ Ottubru 2017, id-Direttorat għall-Programmi ta’ Tagħlim u Assessjar, u l-Kumitat għall-Festi Nazzjonali se jorganizzaw ċerimonja kommemorattiva biex ifakkru l-poeta nazzjonali. L-istudenti u l-għalliema għandhom ikunu bilqiegħda sal-10.00 fis-sala tal-iskola Primarja ta’ Ħaż-Żebbuġ li tinsab fi Triq Sciortino. Dakinhar, l-istess sala se tiġi inawgurata u tingħata l-isem ta’ Sala Dun Karm Psaila. Hawnhekk se jittella’ programm li jinkludi diskorsi, u attivitajiet interattivi fosthom kwiżż marbut ma’ filmat bijografiku, intervista mill-istudenti ma’ awtur intiż fuq ix-xogħlijiet ta’ Dun Karm, u kant animat minn kor tat-tfal tal-iskola Primarja ta’ Ħaż-Żebbuġ. Wara, l-iskejjel huma mistiedna, li jqiegħdu bukketti ta’ fjuri fil-kappella fejn jinsab midfun il-poeta nazzjonali.

Għal aktar dettalji żur il-paġna taċ-Ċirkularijiet

Dun_Karm

Programm ta’ Attivitajiet Valletta 2018

Imniedi l-programm ta’ attivitajiet kulturali li se jseħħu matul is-sena tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura.

Il-programm se jiftaħ fl-20 ta’ Jannar 2018, b’serje ta’ attivitajiet spettakolari fil-Belt Valletta u l-madwar li jistiednu lill-udjenzi biex jieħdu sehem f’din il-festa mifruxa madwar il-gżira. Il-Programm Kulturali jinvolvi lil diversi komunitajiet u jikkonsisti fi proġetti minn dixxiplini differenti, inkluż il-mużika, l-arti viżiva u ż-żfin fost l-oħrajn.

Valletta 18Aktar dettalji jinsabu fuq is-sit uffiċjali tal-Fondazzjoni Valletta 2018