Riżorsi Ġodda għall-Primarja

Il-Kliem Għaqqiedi

Preżentazzjoni u kartelluni li juru kif permezz tal-kliem għaqqiedi nistgħu nagħmlu l-kitba aktar interessanti.  Nirringrazzjaw lil Josette Baldacchino li ħejjiet dawn ir-riżorsi.

stampa dahla powsters

It-Tislim

Huwa importanti li nkunu nafu kif insellmu u nikkomunikaw sew ma’ xulxin.  Għal dan il-għan inħolqu kartelluni li jolqtu dan l-aspett komunikattiv.  Nirringrazzjaw lil Josette Baldacchino li ħolqot dawn ir-riżorsi.

stampa dahla

Sensiela ta’ taħditiet fuq l-eżami taċ-ĊES tal-Malti

Id-Direttorat għall-Programmi ta’ Tagħlim u Assessjar fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol jistieden lill-ġenituri tal-istudenti li se jagħmlu l-eżami tal-Malti taċ-ĊES fl-2018 biex jattendu ma’ wliedhom sensiela ta’ taħditiet fuq l-istess eżami. Dawn it-taħditiet huma mmirati għal dawk il-ġenituri li jixtiequ jsaħħu l-għarfien tagħhom fit-taqsimiet differenti tal-eżami tal-Malti taċ-ĊES biex b’hekk ikunu jistgħu jgħinu lil uliedhom fit-tħejjija meħtieġa għall-istess eżami.

Għal aktar informazzjoni ara ċ-ċirkulari:

student-skola

Riżorsi edukattivi fuq il-poeżija Aqta’ Fjura u Ibni Kamra ta’ Immanuel Mifsud

Erba’ riżorsi ġodda fuq il-poeżija ta’ Immanuel Mifsud, Aqta’ Fjura u Ibni Kamra mħejjija minn Abigail Attard. Dawn jinkludu preżentazzjoni, xogħol fi gruppi, xogħol individwali u nota analitika dwar il-poeżija.

Aqta Fjura u Ibni Kamra-Nota Aqta Fjura u Ibni Kamra-Xoghol fi Gruppi Aqta Fjura u Ibni Kamra-Riflessjoni Individwali Prezentazzjoni Aqta Fjura u Ibni Kamra-Abigail Attard

Proġett b’koperazzjoni bejn id-Dipartiment tal-Malti fid-Dipartiment tat-Tmexxija tal-Kurrikulu, id-Dipartiment tal-Malti fil-Fakultà tal-Edukazzjoni u l-Iskola Medja tan-Naxxar tal-Kulleġġ Marija Reġina.