Għoti ta’ MQF Level 1 lil studenti tal-ħdax-il sena li jġibu l-Livell A1 fit-tagħlim tal-Malti lill-barranin

Dawk l-istudenti barranin fil-ħdax-il sena li tul din is-sena skolastika ġew assessjati fuq il-programm A1 tat-tagħlim tal-Malti lill-barranin, se jkunu intitolati għal MQF Level 1 jekk kemm-il darba jġibu 75+.

L-assessjar ta’ dan il-programm jinkludi 60% f’assessjar formattiv u 40% f’assessjar summattiv li jsir permezz ta’ karta tal-eżami li ssir fis-sessjoni tal-eżamijiet tal-aħħar tas-sena f’Ġunju. Għal aktar tagħrif dwar l-assessjar wieħed għandu jirreferi għaċ-ċirkularijiet DCM 259 u DLAP 056 jew iżur is-sezzjoni tas-Sillabu fil-paġni l-Malti għall-Barranin f’dan is-sit.