Iċ-Ċerimonja ta’ Jum Dun Karm

19 ta’ Ottubru 2017

Nhar il-Ħamis, 19 ta’ Ottubru 2017, id-Direttorat għall-Programmi ta’ Tagħlim u Assessjar, u l-Kumitat għall-Festi Nazzjonali organizzaw ċerimonja kommemorattiva biex ifakkru l-poeta nazzjonali fis-sala tal-iskola Primarja ta’ Ħaż-Żebbuġ. Il-programm inkluda attivitajiet interattivi fosthom kwiżż marbut ma’ filmat bijografiku, intervista mill-istudenti ma’ Dr Adrian Grima riċerkatur fuq ix-xogħlijiet ta’ Dun Karm, u kant animat minn kor tat-tfal tal-iskola Primarja ta’ Ħaż-Żebbuġ. Wara, l-iskejjel qiegħdu bukketti ta’ fjuri fil-kappella fejn jinsab midfun il-poeta nazzjonali.