Tqassim tal-Paġna tal-Kitba tat-3 Sena Primarja skont il-Kisbiet mit-Tagħlim tal-Ħiliet tal-Malti u żieda ta’ Riżorsi Ġodda
Riżorsi li jolqtu il-kisbiet K2 – Il-Ħarġa tal-Iskola u K5 – Il-Kitba ta’ Kepxin
Dawn ir-riżorsi tħejjew minn Josette Baldacchino.
Riżorsi fuq L-Artiklu l- għat-3 Sena tal-Primarja
Preżentazzjoni u taħriġ permezz tal-bord interattiv dwar meta għandi nuża l-artiklu ‘l-’. Nirringrazzjaw lil Josette Baldacchino li ħejjiet din ir-riżorsa.
Il-Kriterji tal-Assessjar u s-Sillabi l-Ġodda tal-Malti
Fis-sit malti.skola.edu.mt, l-għalliema jistgħu jsibu d-dokumenti relatati mal-Kriterji tal-Assessjar li mis-sena skolastika 2018-2019 se jkun implimentat fit-3 sas-6 sena tal-Primarja u fis-7 sena tal-Medja. Ittellgħu wkoll il-preżentazzjonijiet li saru fl-Inset 2018 dwar il-pedagoġija u l-pjan ta’ ħidma li jinsabu kemm mas-sezzjoni tas-Sillabu tas-snin rispettivi kif ukoll fil-paġna ddedikata għall-Inset 2018.
Fil-paġni Sillabi l-Ġodda hemm ukoll is-sillabi l-ġodda mibnija fuq il-Kisbiet mit-Tagħlim tal-Ħiliet tal-Malti għat-3 sena (Primarja) u għas-7 sena (Medja) flimkien ma’ dokumenti oħra relatati.
Min ikollu xi diffikultà jew jixtieq aktar informazzjoni dwar dawn id-dokumenti u l-implimentazzjoni tagħhom jista’ jkellem lill-Uffiċjali Edukattivi tal-Malti permezz tat-telefown jew b’ittra elettronika.
Riżorsi għat-Tieni Sena tal-Primarja marbuta ma’ Temi
Sett ta’ riżorsi b’temi varji fosthom:
Dawn ir-riżorsi jinkludu vokabularju, taħdit, kitba, taħriġ marbut mal-grammatika u siltiet għas-smigħ marbutin ma’ kull tema. Se jkun hemm aktar temi fil-futur. Nirringrazzjaw lil Josette Baldacchino li ħejjiet dawn ir-riżorsi.





