Tifkira ta’ Jum Dun Karm

It-Tnejn, 21 ta’ Ottubru 2019, id-Dipartimenti tal-Malti u tad-Drama fi ħdan id-Direttorat għall-Programmi ta’ Tagħlim u Assessjar se jorganizzaw attività biex ifakkru l-poeta nazzjonali. Din l-attività, se ssir ġewwa l-Imdina u se jkollha rabta diretta mas-sillabu tad-9 sena fis-Sekondarja.

Il-Bijografija ta’ Dun Karm biex tinqara l-Ġimgħa, 18 ta’ Ottubru 2019. F’Jum Dun Karm, l-Erbgħa, 18 ta’ Ottubru, l-iskola tiegħek jixraq li tfakkar lill-Poeta Nazzjonali waqt il-laqgħa ta’ filgħodu billi tinqara l-bijografija tiegħu (ara Hemża A maċ-ċirkulari) u xi poeżiji (jistgħu jintgħażlu minn Hemża B).

L-Innu ta’ Filgħodu u riżorsi oħra fis-sit tal-Malti Fis-sit tal-Malti hemm taqsima sħiħa fuq Dun Karm. Fiha hemm preżentazzjoni bil-powerpoint b’ritratti minn ħajtu. Dan jista’ jintuża fil-klassijiet. Fis-sit hemm ukoll l-Innu ta’ Filgħodu (Reġa’ sebaħ ja Mulejja …) ta’ Dun Karm, b’mużika tas-Surmast Ġużeppi Caruana, għal min irid jużah fl-iskejjel u fil-klassijiet biex ifakkar dan il-jum.

Hemża A, Hemża B

 

Dokument għaż-żamma tal-Marki tal-Assessjar Kontinwu tar-4 Sena Primarja (2019-2020)

Riżorsi li l-għalliema jistgħu jużaw jekk jixtiequ, għaż-żamma u l-komputazzjoni tal-marki tal-Assessjar Kontinwu fir-4 Sena tal-Primarja (2019-2020) tal-Malti u tal-MLB. L-iskop ta’ dawn id-dokumenti huwa biex jiffaċilita u jgħin lill-għalliema jżommu l-marki tal-Assessjar Kontinwu. 

Gwida għall-użu tad-Dokument mill-Għalliema

Għall-5 u s-6 Sena tal-Primarja għandhom jintużw id-dokumenti li kienu qed jintużaw matul is-sena skolastika li għaddiet (2018-2019). Ikklikkja hawn biex taċċessah.  

F’każ ta’ diffikultà dwar il-mili tal-marki f’dawn id-dokumenti tistgħu tikkuntattjaw lill-Uffiċjali Edukattivi tal-Malti fuq 2598 2927.

L-Assessjar Kontinwu tat-8 Sena tal-Malti u tal-Malti bħala Lingwa Barranija

Fis-sit malti.skola.edu.mt, l-għalliema jistgħu jsibu d-dokumenti relatati mal-Kriterji tal-Assessjar li mis-sena skolastika 2019-2020 se jkun implimentat fit-8 sena tal-Medja. 

Fil-paġni Sillabi l-Ġodda hemm ukoll is-sillabi l-ġodda mibnija fuq il-Kisbiet mit-Tagħlim tal-Ħiliet tal-Malti għat-8 sena (Medja) flimkien ma’ dokumenti oħra relatati.

Min ikollu xi diffikultà jew jixtieq aktar informazzjoni dwar dawn id-dokumenti u l-implimentazzjoni tagħhom jista’ jkellem lill-Uffiċjali Edukattivi tal-Malti permezz tat-telefown jew b’ittra elettronika

Il-Kriterji tal-Assessjar – It-8 Sena (Medja)

 

 

Il-Kriterji tal-Assessjar – It-8 Sena (Medja) – Kompetenzi Ewlenin


Tqassim tal-Ammonti ta’ Kliem għat-Testi

Il-linji gwida li fuqhom għandhom jimxu l-għalliema biex ifasslu u jħarrġu lill-istudenti tagħhom għall-Assessjar Kontinwu. Dan it-tqassim se jintuża wkoll għall-Eżamijiet Annwali. 


Termini Letterarji

Din il‑lista tindika t‑termini letterarji li l‑istudenti huma mistennija jkunu jafu meta jersqu għall‑Assessjar Kontinwu u għall-eżami. It‑termini qed jitqassmu fuq is‑snin kollha tas‑sekondarja għal skop ta’ assessjar u biex l‑istudenti jkunu jafu liema termini jistgħu jiġu mistoqsija fuqhom .


Assessjar Kontinwu tal-Malti bħala Lingwa Barranija – Rotta 1

 

Assessjar Kontinwu tal-Malti bħala Lingwa Barranija – Rotta 2

 

Assessjar Kontinwu tal-Malti bħala Lingwa Barranija – Rotta 3

Tqassim tal-Ammonti ta’ Kliem għat-Testi – Il-Malti bħala Lingwa Barranija

Il-linji gwida li fuqhom għandhom jimxu l-għalliema biex ifasslu u jħarrġu lill-istudenti tagħhom għall-Assessjar Kontinwu. Dan it-tqassim se jintuża wkoll għall-Eżamijiet Annwali.