Riżorsa tal-Qari fuq il-Bidla fil-Klima b’tisliba interattiva u karti tat-taħriġ imħejjija mis-Sur Gabriel Mizzi.
Riżorsa tal-Metalingwa għall-Istudenti tad-Disa’ Sena
Riżorsa tal-Metalingwa għall-Bord Interattiv (Starboard) u karti tat-taħriġ bil-għan li l-istudenti jitgħallmu jagħżlu u jipprattikaw il-verbi li ġejjin mir-Rumanz u mill-Ingliż fit-temp perfett u jużawhom kemm fil-qari kif ukoll fil-kitba. Din ir-riżorsa tħejjiet mis-Sur Gareth Curmi.
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
Ċirkulari dwar ir-Responsabbiltajiet tal-Kapijiet tad-Dipartiment u l-Uffiċjali Edukattivi tal-Malti għall-2020 – 2021
Jum Dun Karm 2020
Peress li Jum Dun Karm li huwa ċċelebrat kull sena fit-18 t’Ottubru u din is-sena se jaħbat il-Ħadd, ikun xieraq li din l-okkażjoni titfakkar fl-iskejjel l-għada jiġifieri t-Tnejn, 19 t’Ottubru 2020.
Għalhekk l-għalliema tal-Malti huma mħeġġa li waqt il-lezzjonijiet tagħhom ifakkru lill-Poeta Nazzjonali billi tinqara l-bijografija tiegħu (ara Hemża A maċ-ċirkulari) u xi poeżiji (jistgħu jintgħażlu minn Hemża B).
DLAP 208 – Tifkira ta’ Jum Dun Karm – 18 ta’ Ottubru 2020
DLAP 208 – Hemża A
DLAP 208 – Hemża B

Taħriġ Interattiv għall-Istudenti tas-Seba’ Sena fuq l-Assimilazzjoni
Taħriġ Interattiv bl-għajnuna tas-Smigħ u Karta tat-Taħriġ biex l-istudenti jitgħallmu jħaddmu aħjar r-regoli tal-Assimilazzjoni mħejji mis-Sa Elaine Vella.
![]() |
![]() |






