Minn Olvin Vella
Għaliex xi ġenituri jagħmlu għaġeb meta jaraw karta tat-taħriġ ittajpjata bla ittri Maltin?
Jagħmlu għaġeb u bir-raġun.
Illum l-ittri Maltin diġà jiġu mal-kompjuter u huma stallati fil-Word. Kulma trid tagħmel biex tużahom fil-kompjuter tiegħek, tattivahom. Ma tridx tkun xi espert tal-kompjuter.
Mur fil-Control Panel, minn hemm agħfas Regional and Language Options, u agħżel l-Ilsien Malti.
Min jibqa’ ma jafx jattiva l-ittri Maltin, jista’ jniżżel dal-manwal dħuli (user-friendly) jew inkella jistaqsi lil xi għalliem/a tal-ICT.
Li ma tafux tużaw l-ittri Maltin fil-kompjuter tagħkom, kif għedna, mhix skuża.