Minn Olvin Vella
Skont ir-regoli l-ġodda, <bil-mod il-mod> u <fil-fatt> niktbuhom mifrudin?
Iva, niktbuhom mifrudin. <Fil-fatt> tniżżlet mifruda fid-Deċiżjonijiet 1 (Appendiċi B). <Bil-mod> se nkomplu niktbuha mifruda għax ma nsibuhiex fil-lista tal-kliem magħqud (miġbura f’Appendiċi A).
Mela niktbu:
<Bil-mod li qed iġġib ruħek qed turini li inti veru pastaż.>
<Bil-mod il-mod in-nanna waslet id-dar.>
<Il-ħalliel inqabad fil-fatt.>
<Fil-fatt ħafna mill-għalliema jkollhom raġun.>