L-għalliema kollha fl-iskejjel sekondarji (tal-Istat, tal-Knisja u Indipendenti) – b’mod speċjali dawk li jużaw il-Malti fit-tagħlim – u jħossu l-ħtieġa li jsaħħu l-għarfien tagħhom fl-ortografija, huma mistiedna jattendu għal kors ta’ aġġornament volontarju organizzat mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti bi sħab mad-Dipartiment tat-Tmexxija tal-Kurrikulu.
Tagħrif ieħor fuq il-kors u l-applikazzjonijiet issibu minn din iċ-ċirkulari.
Dan il-kors hu miftuħ għall-għalliema kollha tas-sekondarja. Tajjeb infakkru li ġie organizzat kors ieħor għall-għalliema tal-Malti biss li jgħallmu fl-iskejjel sekondarji tal-Istat, tal-Knisja u Indipendenti. Tagħrif ieħor fuqu ssibu minn din iċ-ċirkulari.