Dawk kollha li jgħallmu fl-iskejjel primarji (tal-Istat, tal-Knisja u Indipendenti) huma mħeġġa jattendu għal kors ta’ aġġornament fuq bażi volontarja bl-isem L-Ortografija tal-Malti 1.
Dan hu kors ieħor organizzat mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti bi sħab mad-Dipartiment tat-Tmexxija tal-Kurrikulu. Il-kors se jsir fil-Kulleġġ San Injazju, Skola Sekondarja tal-Bniet, Tal-Ħandaq (Ħal Qormi). Tagħrif ieħor fuq il-kors u l-applikazzjonijiet issibu f’din iċ-ċirkulari.
Grazzi lill-Kap tal-Iskola, is-Sa Marija Montebello, li għoġobha tilqagħna għal dawn il-korsijiet fl-iskola tagħha.