Riżorsi Ġodda għall-Primarja

Il-Kliem Għaqqiedi

Preżentazzjoni u kartelluni li juru kif permezz tal-kliem għaqqiedi nistgħu nagħmlu l-kitba aktar interessanti.  Nirringrazzjaw lil Josette Baldacchino li ħejjiet dawn ir-riżorsi.

stampa dahla powsters

It-Tislim

Huwa importanti li nkunu nafu kif insellmu u nikkomunikaw sew ma’ xulxin.  Għal dan il-għan inħolqu kartelluni li jolqtu dan l-aspett komunikattiv.  Nirringrazzjaw lil Josette Baldacchino li ħolqot dawn ir-riżorsi.

stampa dahla

Sensiela ta’ taħditiet fuq l-eżami taċ-ĊES tal-Malti

Id-Direttorat għall-Programmi ta’ Tagħlim u Assessjar fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol jistieden lill-ġenituri tal-istudenti li se jagħmlu l-eżami tal-Malti taċ-ĊES fl-2018 biex jattendu ma’ wliedhom sensiela ta’ taħditiet fuq l-istess eżami. Dawn it-taħditiet huma mmirati għal dawk il-ġenituri li jixtiequ jsaħħu l-għarfien tagħhom fit-taqsimiet differenti tal-eżami tal-Malti taċ-ĊES biex b’hekk ikunu jistgħu jgħinu lil uliedhom fit-tħejjija meħtieġa għall-istess eżami.

Għal aktar informazzjoni ara ċ-ċirkulari:

student-skola