Riżorsa tal-vokabularju għall-barranin li qed jitgħallmu l-Malti bħala lingwa barranija. Nirringrazzjaw lil Josette Baldacchino li ħejjiet din ir-riżorsa.
Aktar riżorsi jinsabu fil-paġni Il-Malti għall-Barranin.
Riżorsa tal-vokabularju għall-barranin li qed jitgħallmu l-Malti bħala lingwa barranija. Nirringrazzjaw lil Josette Baldacchino li ħejjiet din ir-riżorsa.
Aktar riżorsi jinsabu fil-paġni Il-Malti għall-Barranin.
Dawk l-istudenti barranin fil-ħdax-il sena li tul din is-sena skolastika ġew assessjati fuq il-programm A1 tat-tagħlim tal-Malti lill-barranin, se jkunu intitolati għal MQF Level 1 jekk kemm-il darba jġibu 75+.
L-assessjar ta’ dan il-programm jinkludi 60% f’assessjar formattiv u 40% f’assessjar summattiv li jsir permezz ta’ karta tal-eżami li ssir fis-sessjoni tal-eżamijiet tal-aħħar tas-sena f’Ġunju. Għal aktar tagħrif dwar l-assessjar wieħed għandu jirreferi għaċ-ċirkularijiet DCM 259 u DLAP 056 jew iżur is-sezzjoni tas-Sillabu fil-paġni l-Malti għall-Barranin f’dan is-sit.
Nhar il-Ħamis, 19 ta’ Ottubru 2017, id-Direttorat għall-Programmi ta’ Tagħlim u Assessjar, u l-Kumitat għall-Festi Nazzjonali organizzaw ċerimonja kommemorattiva biex ifakkru l-poeta nazzjonali fis-sala tal-iskola Primarja ta’ Ħaż-Żebbuġ. Il-programm inkluda attivitajiet interattivi fosthom kwiżż marbut ma’ filmat bijografiku, intervista mill-istudenti ma’ Dr Adrian Grima riċerkatur fuq ix-xogħlijiet ta’ Dun Karm, u kant animat minn kor tat-tfal tal-iskola Primarja ta’ Ħaż-Żebbuġ. Wara, l-iskejjel qiegħdu bukketti ta’ fjuri fil-kappella fejn jinsab midfun il-poeta nazzjonali.
Riżorsi biex jgħinu lit-tfal fl-ortografija meta jiġu biex jiktbu kliem li jibda bil-vokali i. Inwaqqgħuha l-vokali i li tkun fil-bidu tal-kelma meta tkun fejn kelma li tispiċċa b’vokali jew le? Din il-mistoqsija titwieġeb permezz ta’ żewġ kartelluni b’lista ta’ kliem li jibda bil-vokali i u preżentazzjoni. Nirringrazzjaw lil Josette Baldacchino li ħejjiet dawn ir-riżorsi.