Sensiela ta’ preżentazzjonijiet dwar in-numri li jistgħu jintużaw ukoll bħala leħħiet mill-għalliema. Dawn jinkludu n-numri miż-żero sal-miljun kif ukoll xi mudelli biex it-tfal jiktbu n-numri sew. Nirringrazzjaw lil Josette Baldacchino li ħejjiet dawn ir-riżorsi.
Author Archives: Paul Gatt
Premju Frans Sammut 2016
Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol bi pjaċir iħabbar it-tielet edizzjoni tal-Premju Frans Sammut. Dan il-Premju jingħata kull sena lil dawk il-persuni, skejjel u entitajiet privati, istituzzjonijiet governattivi jew mezzi tax-xandir li juru li fil-komunikazzjoni verbali, bil-kitba u elettronika jinqdew bl-ilsien Malti b’mod eżemplari, kreattiv u innovattiv.
Il-Premju jinqasam fi tliet kategoriji:
Kategorija A: Għal individwi minn erbatax-il sena ’l fuq minn kull qasam tal-ħajja.
Kategorija B: Għal skejjel statali, tal-knisja u privati, u entitajiet oħra edukattivi.
Kategorija Ċ: Għall-entitajiet, fosthom għaqdiet volontarji, kunsilli lokali, kumpaniji privati, istituzzjonijiet governattivi, fondazzjonijiet, koperattivi u l-bqija.
Il-premjijiet huma ta’ €1500, €1000 jew €500 f’kull kategorija.
Siltiet Irrekordjat għas-Smigħ għas-Snin Kollha tal-Primarja
L-għalliema issa jistgħu jużaw ir-riżorsi tas-smigħ bl-aħjar mod possibbli. Dan il-għaliex qed nipprovdu s-siltiet u l-mistoqsijiet irrekordjati. Nirringrazzjaw lil dawk kollha talli taw sehemhom biex stajna nirrekordjaw dawn is-siltiet. Dawn jinsabu fis-sezzjoni Siltiet Irrekordjati għas-Smigħ. (Biex tisma’ s-siltiet mingħajr il-bżonn li tniżżilhom fil-kompjuter uża l-Google Chrome jew il-Internet Explorer)
Sett ta’ Riżorsi ta’ Taħriġ fl-Ortografija għall-Ħames Sena
Agħżel il-Ħażina- Agħżel it-Tajba
- i/e jew ie
- Il-Konsonanti Dgħajfin
- Kliem bl-Appostrofu
- L-Aċċenti
- Il-Partiċella lil Imqassra
- Il-Partiċella lil ma’ Direzzjonijiet
- L-Omofoni
- Il-Partiċella ma fin-negattiv
- Niktbu l-‘għ’ Fejn Suppost
- Ninkiteb Kelma Waħda
- Verbi bl-‘għ’
Sett ta’ Riżorsi ta’ Taħriġ fl-Ortografija għall-Ħames Sena. Dawn ir-riżorsi jmorru id f’id mal-Kartelluni b’Tagħrif Ortografiku mtellgħin fis-sit riċentament. Nirringrazzjaw lil Josette Baldacchino li ħejjiet dawn ir-riżorsi.
Sett ta’ Riżorsi ta’ Taħriġ fl-Ortografija għas-Sitt Sena
- Il-Partiċella lil Imqassra ma’ Direzzjonijiet (doc)
- Agħżel il-Ħażina (ppt)
- Agħżel ir-Risposta t-Tajba (ppt)
- Ikklikkja t-Tajba (ppt)
- Ikteb l-għ f’postha (ppt)
- Il-Partiċella ma fin-negattiv (ppt)
- Il-Konsonanti Dgħajfin (ppt)
- Il-Partiċella lil Imqassra (ppt)
- Immarka l-iżball (ActiveInspire)
- L-Appostrofu (Word)
- L-Omofoni (ActiveInspire)
- Ninkiteb kelma waħda (ppt)
- Verbi bl-għ (ActiveInspire)
Dawn ir-riżorsi jmorru id f’id mal-Kartelluni b’Tagħrif Ortografiku mtellgħin fis-sit riċentament. Nirringrazzjaw lil Josette Baldacchino li ħejjiet dawn ir-riżorsi.


