Iċ-Ċerimonja ta’ Jum Dun Karm

19 ta’ Ottubru 2017

Nhar il-Ħamis, 19 ta’ Ottubru 2017, id-Direttorat għall-Programmi ta’ Tagħlim u Assessjar, u l-Kumitat għall-Festi Nazzjonali organizzaw ċerimonja kommemorattiva biex ifakkru l-poeta nazzjonali fis-sala tal-iskola Primarja ta’ Ħaż-Żebbuġ. Il-programm inkluda attivitajiet interattivi fosthom kwiżż marbut ma’ filmat bijografiku, intervista mill-istudenti ma’ Dr Adrian Grima riċerkatur fuq ix-xogħlijiet ta’ Dun Karm, u kant animat minn kor tat-tfal tal-iskola Primarja ta’ Ħaż-Żebbuġ. Wara, l-iskejjel qiegħdu bukketti ta’ fjuri fil-kappella fejn jinsab midfun il-poeta nazzjonali.

Kliem li jibda bl-i etimoloġika

Riżorsi biex jgħinu lit-tfal fl-ortografija meta jiġu biex jiktbu kliem li jibda bil-vokali i. Inwaqqgħuha l-vokali i li tkun fil-bidu tal-kelma meta tkun fejn kelma li tispiċċa b’vokali jew le? Din il-mistoqsija titwieġeb permezz ta’ żewġ kartelluni b’lista ta’ kliem li jibda bil-vokali i u preżentazzjoni.  Nirringrazzjaw lil Josette Baldacchino li ħejjiet dawn ir-riżorsi.

L-I Etimologika

Riżorsi Ġodda għall-Primarja

Il-Kliem Għaqqiedi

Preżentazzjoni u kartelluni li juru kif permezz tal-kliem għaqqiedi nistgħu nagħmlu l-kitba aktar interessanti.  Nirringrazzjaw lil Josette Baldacchino li ħejjiet dawn ir-riżorsi.

stampa dahla powsters

It-Tislim

Huwa importanti li nkunu nafu kif insellmu u nikkomunikaw sew ma’ xulxin.  Għal dan il-għan inħolqu kartelluni li jolqtu dan l-aspett komunikattiv.  Nirringrazzjaw lil Josette Baldacchino li ħolqot dawn ir-riżorsi.

stampa dahla