Dokument dwar il-verbi li jista’ jiġi stampat bħala materjal informattiv għal studenti barranin biex jitgħallmu jħaddmu l-lingwa Maltija sew. Nirringrazzjaw lil Josette Baldacchino li ħejjiet dawn ir-riżorsi.
Author Archives: Paul Gatt
Riżorsa għat-Tagħlim ta’ Vokabularju
Riżorsa tal-vokabularju għall-barranin li qed jitgħallmu l-Malti bħala lingwa barranija. Nirringrazzjaw lil Josette Baldacchino li ħejjiet din ir-riżorsa.
Aktar riżorsi jinsabu fil-paġni Il-Malti għall-Barranin.
Żigużajg 2017
Il-Festival Internazzjonali tal-Arti għat-Tfal u ż-Żgħażagħ – Bejn l-17 u s-26 ta’ Novembru 2017
Għoti ta’ MQF Level 1 lil studenti tal-ħdax-il sena li jġibu l-Livell A1 fit-tagħlim tal-Malti lill-barranin
Dawk l-istudenti barranin fil-ħdax-il sena li tul din is-sena skolastika ġew assessjati fuq il-programm A1 tat-tagħlim tal-Malti lill-barranin, se jkunu intitolati għal MQF Level 1 jekk kemm-il darba jġibu 75+.
L-assessjar ta’ dan il-programm jinkludi 60% f’assessjar formattiv u 40% f’assessjar summattiv li jsir permezz ta’ karta tal-eżami li ssir fis-sessjoni tal-eżamijiet tal-aħħar tas-sena f’Ġunju. Għal aktar tagħrif dwar l-assessjar wieħed għandu jirreferi għaċ-ċirkularijiet DCM 259 u DLAP 056 jew iżur is-sezzjoni tas-Sillabu fil-paġni l-Malti għall-Barranin f’dan is-sit.
Iċ-Ċerimonja ta’ Jum Dun Karm
19 ta’ Ottubru 2017
Nhar il-Ħamis, 19 ta’ Ottubru 2017, id-Direttorat għall-Programmi ta’ Tagħlim u Assessjar, u l-Kumitat għall-Festi Nazzjonali organizzaw ċerimonja kommemorattiva biex ifakkru l-poeta nazzjonali fis-sala tal-iskola Primarja ta’ Ħaż-Żebbuġ. Il-programm inkluda attivitajiet interattivi fosthom kwiżż marbut ma’ filmat bijografiku, intervista mill-istudenti ma’ Dr Adrian Grima riċerkatur fuq ix-xogħlijiet ta’ Dun Karm, u kant animat minn kor tat-tfal tal-iskola Primarja ta’ Ħaż-Żebbuġ. Wara, l-iskejjel qiegħdu bukketti ta’ fjuri fil-kappella fejn jinsab midfun il-poeta nazzjonali.


