Linji Gwida għall-Eżami Annwali tal-Malti u tal-Malti bħala Lingwa Barranija minn Ġunju 2020
Author Archives: Paul Gatt
L-Użu tad-Dizzjunarju u l-Ordni Alfabetika (Ir-4 Sena – Qari: K7)
Pakkett ta’ riżorsi li jgħin lit-tfal jużaw id-dizzjunarju billi jimxu mal-ordni alfabetika u mill-ewwel ittra jaslu għal kliem li jkunu qed ifittxu t-tifsir tiegħu u hekk jitgħallmu xi jfisser, kif jinkiteb, kif jingħad u kif jinqara kif mitlub fil-ħila tal-qari tar-Raba’ Sena tal-Primarja. (K7) Nirringrazzjaw lil Josette Baldacchino li ħejjiet dawn ir-riżorsi.

Il-Kitba t’Artiklu – Riżorsi għas-Sitt Sena tal-Primarja
Żewġ filmati u taħriġ fuq il-ħila tas-Smigħ
Il-Malti bħala Għodda ta’ Komunikazzjoni u Integrazzjoni huwa intenzjonat għall-istudenti li qed jitgħallmu l-Malti bħala Lingwa Barranija u għall-istudenti tad-Disa’ Sena.

Il-Kaċċa fir-Rebbiegħa huwa taħriġ tas-Smigħ u tat-Taħdit maħsub għall-istudenti tat-Tmien Sena, Rotot 2 u 3.

Riżorsi tat-Taħdit (K9, K10) għar-Raba’ Sena tal-Primarja
Riżorsi għar-Raba’ Sena tal-Primarja li jinkludu Preżentazzjonijiet, Taħriġ u Tagħrifa għall-Għalliema. Dawn huma r-riżorsi tal-ħila tat-taħdit – Id-Diskussjoni (K9) u Id-Diversità Lingwistika (K10). Nirringrazzjaw lil Josette Baldacchino li ħejjiet dawn ir-riżorsi.
![]() |
![]() |




