Il-Ġimgħa, 31 ta’ Jannar 2014, l-Iskola Primarja ta’ Ħal Għaxaq laqgħet fil-klassijiet tagħha ħames mistednin speċjali. Dawn kienu l-Ambaxxaturi tal-Qari Claire Agius Ordway, Kurt Calleja, Keith Demicoli, Jessica Muscat u l-Ministru tal-Edukazzjoni, Evarist Bartolo.
L-Ambaxxaturi tal-Qari qraw storja bil-Malti u oħra bl-Ingliż lit-tfal tal-Ewwel, it-Tieni u t-Tielet Sena. Wara, il-Klabb tal-Qari tal-istess skola organizza forum fuq il-qari fis-sala tal-iskola. Fih ħadu sehem it-tfal tar-Raba’, il-Ħames u s-Sitt Sena tal-istess skola, il-Ministru tal-Edukazzjoni, l-Ambaxxaturi tal-Qari, il-Professur Charles Mifsud, il-Prinċipal tal-Kulleġġ u l-Uffiċjali Edukattivi tal-Malti u l-Ingliż. L-attività ntemmet b’żewġ kanzunetti ta’ Jessica Muscat u Kurt Calleja.